2 Kronaki
16 Fis-sena sitta u tletin tar-renju t’Asa, Bagħsa,+ is-sultan taʼ Israel, telaʼ kontra Ġuda u beda jibni Rama,+ sabiex ma jħalli lil ħadd joħroġ mingħand Asa, is-sultan taʼ Ġuda, jew jidħol għandu.+ 2 Asa issa ħareġ il-fidda u d-deheb mit-teżori tad-dar taʼ Ġeħova+ u tad-dar tas-sultan+ u bagħat jgħid lil Ben-ħadad,+ is-sultan tas-Sirja,+ li kien jgħammar f’Damasku:+ 3 “Hemm patt bejni u bejnek u bejn missieri u missierek. Ara, jien qed nibgħatlek il-fidda u d-deheb. Mur u ikser il-patt tiegħek maʼ Bagħsa,+ is-sultan taʼ Israel, sabiex jitlaq minn hawnhekk.”+
4 Għalhekk, Benħadad semaʼ mis-Sultan Asa u bagħat lill-kapijiet tal-qawwiet militari tiegħu kontra l-bliet taʼ Israel, u b’hekk ħabtu għal Ijon,+ Dan,+ u Abel-majm,+ u għall-imħażen+ kollha tal-bliet taʼ Naftali.+ 5 U ġara li, malli Bagħsa semaʼ b’dan, minnufih hu waqaf jibni Rama u waqqaf ix-xogħol tiegħu.+ 6 U Asa, is-sultan, ħa lil Ġuda kollu,+ u huma ġarrew il-ġebel taʼ Rama+ u l-injam tagħha, li Bagħsa kien bena bihom,+ u użahom biex jibni Geba+ u Mispa.+
7 U dak iż-żmien Ħanani+ l-veġġent* ġie għand Asa, is-sultan taʼ Ġuda, u qallu: “Talli striħajt fuq is-sultan tas-Sirja+ u ma striħajtx fuq Ġeħova Alla tiegħek,+ il-qawwa militari tas-sultan tas-Sirja ħarbitlek minn idejk. 8 Ma kinux l-Etjopjani+ u l-Libjani+ qawwa militari kbira ferm daqskemm kienu kotrana, daqskemm kellhom karrijiet u rikkieba taż-żwiemel;+ u talli striħajt fuq Ġeħova ma tahomlokx f’idejk?+ 9 Għax għajnejn+ Ġeħova jiġru ’l hemm u ’l hawn maʼ l-art+ kollha biex juri s-saħħa tiegħu għan-nom taʼ dawk li qalbhom+ hi sħiħa lejh. Int tbellaht+ f’dan, għax minn issa ’l quddiem ikun hemm il-gwerer kontrik.”+
10 Madankollu, Asa ħassu offiż b’dak li qallu l-veġġent u tefgħu l-ħabs u qiegħdu fil-qjud,+ għax kien inkorlat miegħu minħabba dan.+ U dik il-ħabta Asa beda jaħqar+ lil xi wħud oħrajn mill-poplu. 11 U, ara, il-ġrajjiet t’Asa, mill-bidu sa l-aħħar, huma miktubin fil-Ktieb+ tas-Slaten taʼ Ġuda u taʼ Israel.
12 U fis-sena disgħa u tletin tar-renju tiegħu, lil Asa ħarġitlu marda f’saqajh sakemm marad ħafna;+ u saħansitra meta kien marid ma fittixx lil Ġeħova+ imma lil dawk li kienu jfejqu.+ 13 Fl-aħħar, Asa mtedd maʼ missirijietu+ u miet fis-sena wieħed u erbgħin tar-renju tiegħu. 14 Għalhekk, difnuh fil-post grandjuż tad-dfin+ li hu ħaffer għalih stess fil-Belt taʼ David;+ u meddewh fis-sodda li kienu mlew biż-żejt tal-balzmu+ u b’tipi differenti taʼ ingwenti+ mħalltin f’ingwent speċjali.+ Barra minn hekk, għamlulu ħuġġieġa+ tal-funeral kbira b’mod straordinarju.