Salmi
Lid-direttur. Melodija taʼ David.
2 Kemm se ndum nirreżisti waħdi,
Bi swied taʼ qalb il-jum kollu?
Kemm se jdum l-għadu tiegħi jkun minn fuq?+
3 Ħares lejja; wiġibni, O Ġeħova Alla tiegħi.
Dawwalli għajnejja,+ sabiex ma norqodx fil-mewt,+
4 Sabiex l-għadu tiegħi ma jgħidx: “Irbaħtlu!”
Sabiex l-avversarji tiegħi ma jifirħux li jien inkun għotort.+