Proverbji
20 L-inbid iwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt,+ ix-xorb li jsakkar hu storbjuż,+ u kulmin jiżvija minħabba fih m’huwiex għaref.+
2 Il-biżaʼ mqanqal minn sultan hu bħat-tgergira taʼ ljun b’saħħtu.+ Kulmin iġib il-qilla tiegħu fuqu qed jidneb kontra ruħu stess.+
3 Hija glorja għal bniedem li jitbiegħed mill-argumenti,+ imma kulmin hu iblah jgħaġġel biex jidħol fihom.+
4 L-għażżien ma jaħratx minħabba x-xitwa;+ imbagħad fi żmien il-ħsad joqgħod jittallab, imma ma jkun hemm xejn għalih.+
5 Il-ħsieb f’qalb il-bniedem hu bħal ilmijiet fondi,+ imma min għandu d-dixxerniment se jtellgħu.+
6 Ħafna huma dawk li jxandru l-qalb tajba tagħhom stess,+ imma wieħed li juri fedeltà min jistaʼ jsibu?+
7 Il-ġust qed jimxi bl-integrità tiegħu.+ Henjin uliedu li jiġu warajh.+
8 Is-sultan jinsab bil-qiegħda fuq it-tron tal-ġudizzju,+ itajjar il-ħażen kollu b’għajnejh.+
9 Min jistaʼ jgħid: “Naddaft qalbi;+ issaffejt minn dnubi”?+
10 Żewġ tipi t’użin u żewġ tipi taʼ kejl t’efa+—it-tnejn huma xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova.+
11 Saħansitra tifel jintgħaraf minn għemilu, jekk hux pur u rett f’dak li jagħmel.+
12 Il-widna li tismaʼ u l-għajn li tara—it-tnejn Ġeħova għamilhom.+
13 Tħobbx l-irqad, sabiex ma tiftaqarx.+ Iftaħ għajnejk; ixbaʼ bil-ħobż.+
14 “Dan ħażin, ħażin!” jgħid ix-xerrej, u jitlaq għal triqtu.+ Imbagħad jibda jiftaħar bih innifsu.+
15 Jeżisti d-deheb, u wkoll abbundanza taʼ qroll; imma xofftejn l-għarfien huma reċipjenti prezzjużi.+
16 F’każ li wieħed jiftiehem li jagħmel tajjeb għad-dejn taʼ stranġier, ħudlu l-libsa;+ u fejn tidħol mara barranija, ħudlu rahan.+
17 Wieħed jieħu gost bil-ħobż li jinkiseb bil-qerq,+ imma mbagħad ħalqu jimtela biż-żrar.+
18 Bil-pariri l-pjanijiet jiġu stabbiliti fis-sod,+ u permezz tad-direzzjoni għaqlija wettaq il-gwerra tiegħek.+
19 Min hu miexi bħal kalunnjatur qed jikxef id-diskors kunfidenzjali;+ u m’għandekx tissieħeb maʼ min ilsienu jikkmandah.+
20 Kulmin jisħet lil missieru u lil ommu+ jintfielu l-musbieħ tiegħu meta jkun riesaq id-dlam.+
21 Il-wirt li fil-bidu jinkiseb b’regħba,+ fil-futur ma jġibx barkiet.+
22 Tgħidx: “Inpatti l-ħażin!”+ Ittama f’Ġeħova,+ u jsalvak.+
23 Żewġ tipi t’użin huma xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova,+ u miżien qarrieq m’huwiex tajjeb.+
24 Il-passi taʼ raġel b’saħħtu ġejjin minn Ġeħova.+ Mela kif jistaʼ jagħraf triqtu l-bniedem ordinarju?+
25 Hija nassa meta bniedem ikun għaġġel biex jgħajjat, “Qaddis!”+ u mbagħad il-wegħdi li jkun għamel jeżaminahom wara.+
26 Sultan għaref itajjar lin-nies mill-agħar,+ u jgħaddi minn fuqhom bir-romblu.+
27 In-nifs+ tal-bniedem hu l-musbieħ taʼ Ġeħova, li jifli kull parti ġewwinija taż-żaqq.+
28 Il-qalb tajba bl-imħabba u l-verità jħarsu lis-sultan;+ u bil-qalb tajba bl-imħabba saħħaħ it-tron tiegħu.+
29 Is-sbuħija taʼ l-irġiel żgħażagħ hija l-qawwa tagħhom,+ u l-ġmiel taʼ l-irġiel xjuħ hu x-xagħar griż.+
30 Il-feriti li jbenġlu jnaddfu l-ħażen;+ u d-daqqiet jinfdu l-iktar parti ġewwinija taż-żaqq.+