96 Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida.+
Kantaw lil Ġeħova, nies kollha taʼ l-art.+
2 Kantaw lil Ġeħova, bierku lil ismu.+
Minn jum għal jum għidu l-aħbar tajba taʼ salvazzjoni mingħandu.+
3 Iddikjaraw fost il-ġnus il-glorja tiegħu,+
Fost il-popli kollha l-għemejjel tiegħu taʼ l-għaġeb.+
4 Għax Ġeħova hu kbir+ u jistħoqqlu kull tifħir.
Iqanqal il-biżaʼ iktar mill-allat l-oħrajn kollha.+
5 Għax l-allat kollha tal-popli huma allat bla siwi;+
Imma Ġeħova għamel is-smewwiet.+
6 Id-dinjità u l-glorja qegħdin quddiemu;+
Is-saħħa u s-sbuħija qegħdin fis-santwarju tiegħu.+
7 Irrikonoxxu lil Ġeħova, O familji tal-popli,+
Irrikonoxxu l-glorja u s-saħħa taʼ Ġeħova.+
8 Irrikonoxxu l-glorja taʼ isem Ġeħova;+
Aqbdu għotja u idħlu fil-btieħi tiegħu.+
9 Milu quddiem Ġeħova mżejnin bi lbies qaddis;+
Imtlew bil-biżaʼ minħabba fih, intom in-nies kollha taʼ l-art.+
10 Għidu fost il-ġnus: “Ġeħova sar sultan.+
L-art produttiva wkoll hi stabbilita fis-sod, u b’hekk ma tistax titħarrek.+
Hu se jiddefendi l-kawża tal-popli b’mod rett.”+
11 Ħa jithennew is-smewwiet, u ħa tifraħ l-art.+
Ħa jgħajjat il-baħar u kulma fih.+
12 Ħa tifraħ il-kampanja u dak kollu li hemm fiha.+
Fl-istess ħin ħa jgħajtu bil-ferħ is-siġar kollha tal-foresta+
13 Quddiem Ġeħova. Għax hu ġie;+
Għax hu ġie biex jiġġudika l-art.+
Se jiġġudika l-art abitata bis-sewwa+
U lill-popli bil-fedeltà tiegħu.+