20 U David issokta jgħid lill-kongregazzjoni kollha:+ “Bierku,+ issa, lil Ġeħova Alla tagħkom.” U l-kongregazzjoni kollha bierket lil Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom, u mielu+ u nxteħtu fl-art+ quddiem Ġeħova u quddiem is-sultan.
5 U l-Leviti Ġeswa u Kadmijel, Bani, Ħasabneja, Serebija, Ħodija, Sebanija, u Petaħija qalu: “Qumu, bierku+ lil Ġeħova Alla tagħkom minn dejjem għal dejjem.+ U ħa jbierku l-isem glorjuż tiegħek,+ li hu ogħla minn kull barka u tifħir.