2 Slaten
11 Issa Għatalija+ omm Aħażija+ rat li binha miet. Għalhekk, qamet u qerdet lin-nisel irjali kollu.+ 2 Madankollu, Ġeħoseba+ bint is-Sultan Ġeħoram, oħt Aħażija, ħadet lil Ġeħogħas+ bin Aħażija u serqitu minn fost ulied is-sultan li kienu se jingħataw il-mewt, iva, lilu u lil dik li kienet treddgħu, u daħħlitu fil-kamra tas-sodda taʼ ġewwa, u żammewh moħbi+ minn wiċċ Għatalija, u ma nqatilx. 3 U baqaʼ magħha fid-dar taʼ Ġeħova moħbi għal sitt snin, waqt li Għatalija kienet qed issaltan fuq il-pajjiż.+
4 U fis-sebaʼ sena, Ġeħojada+ bagħat għall-kapijiet tal-mijiet tal-gwardji persunali Karin+ u tal-ġerrejja+ u ħadhom u daħħalhom miegħu fid-dar taʼ Ġeħova. U għamel patt+ magħhom u ġegħelhom jaħilfu+ fid-dar taʼ Ġeħova, u wara dan uriehom lil bin is-sultan. 5 U kkmandahom: “Hekk agħmlu: Terz minnkom jidħlu f’jum is-Sabat u jgħassu sew dar is-sultan;+ 6 u terz joqogħdu f’Bieb+ il-Pedament u terz joqogħdu fil-bieb taʼ wara l-ġerrejja; u għassu sew id-dar+ skond meta jmisskom. 7 U żewġ taqsimiet minnkom joħorġu lkoll f’jum is-Sabat, u għandhom jgħassu sew id-dar taʼ Ġeħova minħabba s-sultan. 8 U oqogħdu dawramejt mas-sultan, kull wieħed bl-armi tiegħu f’idu; u kulmin jipprova jgħaddi minn bejn ir-ringieli jinqatel. U ibqgħu mas-sultan meta joħroġ u meta jidħol.”
9 U l-kapijiet tal-mijiet+ għamlu skond kulma ordnalhom Ġeħojada l-qassis. Għalhekk, kull wieħed minnhom ħa lill-irġiel tiegħu li kienu deħlin f’jum is-Sabat,+ flimkien maʼ dawk li suppost kienu ħerġin f’jum is-Sabat, u ġew għand Ġeħojada l-qassis. 10 Imbagħad il-qassis ta lill-kapijiet tal-mijiet il-lanez u t-tarki tondi li kienu tas-Sultan David u li kienu fid-dar taʼ Ġeħova.+ 11 U l-ġerrejja+ baqgħu kull wieħed bl-armi tiegħu f’idu, min-naħa tal-lemin tad-dar san-naħa tax-xellug tad-dar, ħdejn l-artal+ u ħdejn id-dar, dawramejt mas-sultan. 12 Imbagħad ħareġ lil bin+ is-sultan u qiegħed fuqu d-dijadema+ u t-Testimonjanza;+ u hekk għamluh sultan+ u dilkuh.+ U bdew iċapċpu idejhom+ u jgħidu: “Ħa jgħix is-sultan!”+
13 Meta Għatalija semgħet il-ħoss tan-nies jiġru, fil-pront marret ħdejn in-nies fid-dar taʼ Ġeħova.+ 14 Imbagħad ħarset, u kien hemm is-sultan wieqaf ħdejn il-kolonna+ kif kienet id-drawwa, u l-kapijiet u dawk li jdoqqu t-trumbetti+ kienu ħdejn is-sultan, u n-nies kollha tal-pajjiż kienu qed jifirħu+ u jdoqqu t-trumbetti. Minnufih Għatalija+ ċarrtet ħwejjiġha u bdiet tgħajjat: “Konfoffa! Konfoffa!”+ 15 Imma Ġeħojada l-qassis ordna lill-kapijiet tal-mijiet, il-maħturin minn fost il-qawwa militari,+ u qalilhom: “Oħorġuha minn bejn ir-ringieli, u kulmin imur warajha ħa jingħata l-mewt bis-sejf!”+ Għax il-qassis kien qalilhom: “Tagħtuhiex il-mewt fid-dar taʼ Ġeħova.” 16 Għalhekk, meddew idejhom fuqha u għaddewha mid-daħla taż-żwiemel+ taʼ dar is-sultan,+ u nqatlet hemmhekk.+
17 Imbagħad Ġeħojada għamel il-patt+ bejn Ġeħova+ u s-sultan+ u l-poplu, biex ikunu l-poplu taʼ Ġeħova; kif ukoll bejn is-sultan u l-poplu.+ 18 Wara dan, in-nies kollha tal-pajjiż daħlu fid-dar taʼ Bagħal u ġarrfu l-artali tiegħu;+ u x-xbihat tiegħu kissruhom għalkollox,+ u lil Mattan,+ il-qassis taʼ Bagħal, qatluh quddiem l-artali.+
U l-qassis ħatar indokraturi biex jieħdu ħsieb id-dar taʼ Ġeħova.+ 19 Iktar minn hekk, hu ħa lill-kapijiet tal-mijiet u l-gwardji persunali Karin+ u l-ġerrejja+ u n-nies kollha tal-pajjiż, sabiex iniżżlu lis-sultan mid-dar taʼ Ġeħova; u għaddew mill-bieb+ tal-ġerrejja u fl-aħħar waslu f’dar is-sultan; u hu qagħad fuq it-tron+ tas-slaten. 20 U n-nies kollha tal-pajjiż komplew jifirħu;+ u l-belt ma kellhiex tfixkil, u lil Għatalija kienu qatluha bis-sejf ħdejn dar is-sultan.+