Salmi 113 Faħħru lil Jah!+Offru tifħir lil Ġeħova, O qaddejja tiegħu,+Faħħru isem Ġeħova.+ 2 Ħa jitbierek isem Ġeħova+Minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+ 3 Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha+L-isem taʼ Ġeħova għandu jiġi mfaħħar.+ 4 Ġeħova għola ’l fuq mill-ġnus kollha;+Il-glorja tiegħu hi ’l fuq mis-smewwiet.+ 5 Min hu bħal Ġeħova Alla tagħna,+Hu li jgħammar fl-għoli?+ 6 Qed jitbaxxa biex iħares lejn is-sema u l-art,+ 7 Iqajjem lill-batut mit-trab;+Jgħolli lill-fqir mill-ħofra taʼ l-irmied,+ 8 Biex iqiegħdu bil-qiegħda man-nobbli,+Man-nobbli tal-poplu tiegħu.+ 9 Jagħti lill-mara li ma jistax ikollha tfal dar fejn tgħammar+Bħala omm ferħana bl-ulied.+Faħħru lil Jah!+