Ġożwè
7 U wlied Israel wettqu att taʼ infedeltà fejn tidħol il-ħaġa dedikata għall-qerda* għax Għakan*+ bin Karmi, bin Żabdi, bin Żeraħ, tat-tribù taʼ Ġuda, ħa ftit mill-ħaġa dedikata għall-qerda.+ Minħabba f’hekk, ir-rabja taʼ Ġeħova saħnet kontra wlied Israel.+
2 Imbagħad Ġożwè bagħat minn Ġeriko lil xi rġiel lejn Għaj,+ li hija qrib Bet-awen,+ lejn il-lvant taʼ Betel,+ u qalilhom: “Itilgħu u tkixxfu l-art.” Għaldaqstant, l-irġiel telgħu u tkixxfu ’l Għaj.+ 3 Wara dan, huma reġgħu lura għand Ġożwè u qalulu: “Ħa ma jitlax il-poplu kollu. Ħa jitilgħu madwar elfejn jew tlett elef raġel u jaħbtu għal Għaj. Tgħejjix lill-poplu kollu billi jmorru hemmhekk, għax huma ftit.”
4 Għalhekk, madwar tlett elef raġel mill-poplu telgħu hemmhekk, imma ħarbu quddiem l-irġiel t’Għaj.+ 5 U l-irġiel t’Għaj qatlu madwar sitta u tletin raġel minnhom. Marru jiġru warajhom+ minn quddiem il-bieb sa Sebarim* u komplew joqtluhom fin-niżla. Għaldaqstant, qalb il-poplu bdiet iddub u saret bħall-ilma.+
6 Għal dan, Ġożwè ċarrat ħwejġu u nxteħet wiċċu+ fl-art quddiem l-arka taʼ Ġeħova sa fil-għaxija, hu u x-xjuħ taʼ Israel, u tefgħu t-trab fuq rashom.+ 7 U Ġożwè qal: “Jaħasra, Mulej Sovran Ġeħova, għala qgħadt iġġib lil dan il-poplu din it-triq kollha min-naħa l-oħra tal-Ġordan, biex imbagħad tagħtina f’idejn l-Amurrin biex jeqirduna? Mank kien f’idejna li niddeċiedu, għax konna nkomplu ngħammru fuq in-naħa l-oħra tal-Ġordan!+ 8 Skużani, O Ġeħova, imma x’nistaʼ ngħid wara li Israel dawwar dahru biex jaħrab minn quddiem l-għedewwa tiegħu? 9 U l-Kangħanin u l-abitanti kollha taʼ l-art se jisimgħu b’dan, u żgur li se jdawruna u jeqirdu isimna mill-art;+ u x’se tagħmel għal ismek il-kbir?”+
10 Min-naħa tiegħu, Ġeħova qal lil Ġożwè: “Qum, int! Għalfejn qiegħed mixħut wiċċek fl-art? 11 Israel dineb, kif ukoll kiser il-patt tiegħi+ li jien qegħedt bħala kmand fuqu; u ħa wkoll ftit mill-ħaġa dedikata għall-qerda+ u seraq+ u żamm dan sigriet+ u poġġieh qalb l-oġġetti tiegħu stess.+ 12 U wlied Israel mhux se jkollhom il-ħila jqumu kontra l-għedewwa tagħhom.+ Se jkollhom idawru daharhom biex jaħarbu minn quddiem l-għedewwa tagħhom, għax saru ħaġa dedikata għall-qerda. M’iniex se nerġaʼ nkun magħkom jekk ma teqirdux għalkollox minn ġo nofskom il-ħaġa dedikata għall-qerda.+ 13 Qum! Qaddes lill-poplu,+ u għid, ‘Għada qaddsu lilkom infuskom, għax hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel: “Hemm ħaġa dedikata għall-qerda f’nofsok, O Israel.+ Mhux se jkollkom il-ħila tqumu kontra l-għedewwa tagħkom jekk ma tkunux neħħejtu l-ħaġa dedikata għall-qerda minn ġo nofskom. 14 U tridu tippreżentaw ruħkom fil-għodu, tribù tribù, u jrid iseħħ li t-tribù li Ġeħova jagħżel+ se jersaq, familja familja, u l-familja li Ġeħova jagħżel se tersaq, dar dar, u d-dar li Ġeħova jagħżel se tersaq, raġel b’saħħtu wara l-ieħor. 15 U jrid iseħħ li dak li jintgħażel għax ikollu l-ħaġa dedikata għall-qerda jinħaraq bin-nar,+ hu u kulma għandu, għax kiser il-patt+ taʼ Ġeħova u għax wettaq bluha t’għajb f’Israel.”’”+
16 Imbagħad Ġożwè qam kmieni fil-għodu u ressaq lil Israel, tribù tribù, u ntgħażel it-tribù taʼ Ġuda. 17 Wara dan, ressaq lill-familji taʼ Ġuda u għażel il-familja taż-Żeraħin,+ u wara ressaq lill-familja taż-Żeraħin, raġel b’saħħtu wara l-ieħor, u ntgħażel Żabdi. 18 Fl-aħħarnett ressaq lil daru, raġel b’saħħtu wara l-ieħor, u ntgħażel+ Għakan bin Karmi, bin Żabdi, bin Żeraħ, mit-tribù taʼ Ġuda. 19 Imbagħad Ġożwè qal lil Għakan: “Ibni, jekk jogħġbok, agħti glorja lil Ġeħova, l-Alla taʼ Israel,+ u stqarrlu x’għamilt,+ u għidli,+ jekk jogħġbok, X’għamilt? Taħbix+ minni.”
20 Għal dan, Għakan wieġeb lil Ġożwè u qal: “Fil-fatt jien—jien dnibt kontra Ġeħova, l-Alla taʼ Israel,+ u hekk għamilt: 21 Meta rajt+ fost il-priża libsa uffiċjali mis-Sinar,+ libsa sabiħa, u mitejn xekel fidda u ingott tad-deheb, li kien jiżen ħamsin xekel, ridthom,+ u ħadthom;+ u, ara, huma moħbijin fl-art f’nofs it-tinda tiegħi bil-flus taħt il-libsa.”+
22 Minnufih Ġożwè bagħat messaġġiera, u marru jiġru lejn it-tinda, u sabu l-libsa moħbija fit-tinda tiegħu bil-flus taħtha. 23 Għalhekk, huma ħaduhom minn nofs it-tinda u ġabuhom għand Ġożwè u wlied Israel kollha u firxuhom quddiem Ġeħova. 24 Ġożwè, u Israel kollu miegħu, issa ħadu lil Għakan+ bin Żeraħ u l-fidda u l-libsa uffiċjali u l-ingott tad-deheb+ u lil uliedu subien u bniet u l-barri u l-ħmar u l-merħla u t-tinda tiegħu u kull ħaġa li kienet tiegħu u tellgħuhom lejn il-pjanura l-baxxa t’Għakor.+ 25 Imbagħad Ġożwè qal: “Għala ġegħeltna niġu mwarrbin?+ Ġeħova se jġiegħel lilek tiġi mwarrab f’dan il-jum.” B’hekk, Israel kollu garalu l-ġebel,+ u wara ħarquhom bin-nar.+ B’dan il-mod ħaġġruhom bil-ġebel. 26 U tellgħu fuqu borġ kbir ġebel, li għadu hemmhekk sa llum.+ Għal dan, Ġeħova dar mir-rabja taħraq tiegħu.+ Huwa għalhekk li dak il-post semmewh il-Pjanura l-Baxxa t’Għakor,*+ sa llum.