2 Kronaki
17 U ibnu Ġeħosafat+ beda jsaltan minfloku u jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fuq Israel. 2 U qiegħed qawwiet militari fil-bliet fortifikati kollha taʼ Ġuda u qiegħed għases tas-suldati fl-art taʼ Ġuda u fil-bliet t’Efrajm li missieru Asa kien ħa taħt idejh.+ 3 U Ġeħova kompla jkun maʼ Ġeħosafat,+ għaliex dan mexa fit-triqat li qabel kien jimxi fihom David, missieru tal-qedem,+ u ma fittixx lill-Bagħalim.+ 4 Għax lill-Alla taʼ missieru fittex+ u skond il-kmandamenti tiegħu mexa,+ u mhux skond dak li kien qed jagħmel Israel.+ 5 U Ġeħova żammlu s-saltna stabbilita fis-sod f’idu;+ u Ġuda kollu baqaʼ jagħti r-rigali+ lil Ġeħosafat, u dan kellu rikkezzi u glorja bl-abbundanza.+ 6 U qalbu tqawwiet fit-triqat+ taʼ Ġeħova, u saħansitra neħħa l-postijiet għall-qima*+ u l-arbli sagri+ minn Ġuda.
7 U fit-tielet sena tar-renju tiegħu bagħat għall-prinċpijiet tiegħu, jiġifieri, għal Ben-ħajl, Għobadija, Żakkarija, Netanel, u Mikaja, biex jgħallmu fil-bliet taʼ Ġuda, 8 u magħhom il-Leviti, Semajja, Netanija, Żebadija, Għasael, Semiramot, Ġeħonatan, Adonija, Tobijah, u Tob-adonija, il-Leviti, u magħhom il-qassisin Elisama u Ġeħoram.+ 9 U bdew jgħallmu+ f’Ġuda, u magħhom kellhom il-ktieb tal-liġi taʼ Ġeħova;+ u baqgħu jduru mal-bliet kollha taʼ Ġuda u jgħallmu fost il-poplu.
10 U l-biżaʼ+ minn Ġeħova waqaʼ fuq is-saltniet kollha taʼ l-artijiet li kien hemm madwar Ġuda, u ma ġġildux kontra Ġeħosafat.+ 11 U lil Ġeħosafat kienu qed iġibulu rigali+ u flus bħala ħaraġ+ mingħand il-Filistin. L-Għarab+ ukoll kienu qed iġibulu l-imrieħel, sebat elef u sebaʼ mitt muntun u sebat elef u sebaʼ mitt bodbod.+
12 U Ġeħosafat kompla miexi ’l quddiem u jikber dejjem iktar+ u iktar; u bena postijiet fortifikati+ u bliet għall-imħażen+ f’Ġuda. 13 U kien hemm ħafna ġid li sar tiegħu fil-bliet taʼ Ġuda; u f’Ġerusalemm kien hemm il-gwerriera,+ irġiel qalbenin u setgħanin.+ 14 U dawn kienu l-karigi tagħhom skond dar missirijiethom: Minn Ġuda l-kapijiet taʼ l-eluf, Għadnah, il-kap, u miegħu kien hemm tliet mitt elf raġel qalbieni u setgħan.+ 15 U taħt id-direzzjoni tiegħu kien hemm Ġeħoħanan, il-kap, u miegħu kien hemm mitejn u tmenin elf. 16 U taħt id-direzzjoni tiegħu kien hemm Amasija, bin Żikri, il-qaddej li offra lilu nnifsu minn jeddu+ lil Ġeħova, u miegħu kien hemm mitejn elf raġel qalbieni u setgħan. 17 U minn Benjamin+ kien hemm Eljada, ir-raġel qalbieni u setgħan, u miegħu kien hemm mitejn elf raġel armat bil-qaws u bit-tarka.+ 18 U taħt id-direzzjoni tiegħu kien hemm Ġeħożabad, u miegħu kien hemm mija u tmenin elf raġel imrawwem għall-armata. 19 Dawn kienu dawk li kienu jaqdu lis-sultan minbarra dawk li s-sultan poġġiehom fil-bliet fortifikati+ madwar Ġuda kollu.