1 Korintin
3 Għalhekk, ħuti, ma stajtx inkellimkom bħala bnedmin spiritwali,+ imma bħala bnedmin tal-laħam, bħala tfal ċkejknin+ fi Kristu. 2 Tajtkom il-ħalib, mhux xi ħaġa x’tieklu,+ għax ma kontux b’saħħitkom biżżejjed. Fil-fatt, lanqas issa m’intom b’saħħitkom biżżejjed,+ 3 għax għadkom tal-laħam.+ Ladarba hemm l-għira u l-ġlied fostkom,+ m’intomx turu li intom tal-laħam u mexjin bħalma jimxu l-bnedmin?+ 4 U meta xi ħadd jgħid: “Jien taʼ Pawlu,” u ieħor jgħid: “Jien t’Apollo,”+ m’intomx turu li intom sempliċement bnedmin?
5 Allura, x’inhu Apollo?+ Iva, x’inhu Pawlu? Ministri+ li permezz tagħhom sirtu temmnu, skond ma ta l-Mulej lil kull wieħed minnhom. 6 Jien ħawwilt,+ Apollo saqqa,+ imma Alla baqaʼ jkabbar;+ 7 u b’hekk, la min iħawwel+ u lanqas min isaqqi m’hu xejn, imma Alla li jkabbar.+ 8 Issa min iħawwel u min isaqqi huma ħaġa waħda,+ imma kull wieħed jirċievi l-premju tiegħu skond il-ħidma tiegħu.+ 9 Għax aħna ħaddiema sħab m’Alla.+ Intom l-għalqa t’Alla li qed tiġi kultivata,+ il-bini t’Alla.+
10 Skond il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ t’Alla li ntwerejt u bħala direttur għaref tax-xogħol jien qegħedt il-pedament,+ imma ħaddieħor qed jibni fuqu. Imma ħa joqgħod attent kull wieħed kif qed jibni fuqu.+ 11 Għax ebda bniedem ma jistaʼ jqiegħed pedament ieħor+ ħlief dak li tqiegħed, li hu Ġesù Kristu.+ 12 Issa jekk xi ħadd jibni fuq il-pedament deheb, fidda, ħaġar prezzjuż, injam, ħuxlief, tiben,* 13 ix-xogħol taʼ kull wieħed għad jidher, għax il-jum jikxfu, peress li jiġi rivelat permezz tan-nar;+ u n-nar stess juri x’tip hu x-xogħol taʼ kull wieħed. 14 Jekk xi ħadd jibni fuq il-pedament xogħol li jibqaʼ,+ jirċievi premju;+ 15 jekk ix-xogħol taʼ xi ħadd jinħaraq, dan ibati l-ħsara, imma hu nnifsu jiġi salvat;+ iżda jkun qisu ġie salvat permezz tan-nar.+
16 Ma tafux li intom it-tempju t’Alla,+ u li l-ispirtu t’Alla jgħammar fikom?+ 17 Jekk xi ħadd jeqred it-tempju t’Alla, Alla jeqred lilu;+ għax it-tempju t’Alla hu qaddis,+ u dan it-tempju+ hu intom.+
18 Ħalli ħadd ma jqarraq bih innifsu: Jekk xi ħadd fostkom jaħseb li hu għaref+ f’din is-sistema, ħa jsir iblah sabiex isir għaref.+ 19 Għax l-għerf taʼ din id-dinja hu bluha għal Alla;+ għax hu miktub: “Hu jaqbad lill-għorrief fil-makakkerija tagħhom stess.”+ 20 U jerġaʼ: “Ġeħova jaf li l-irraġunar taʼ l-għorrief hu fieragħ.”+ 21 Għaldaqstant ħalli ħadd ma jiftaħar bil-bnedmin; għax kollox hu tagħkom,+ 22 kemm jekk Pawlu jew Apollo+ jew Kefa jew id-dinja jew il-ħajja jew il-mewt jew l-affarijiet t’issa jew l-affarijiet li għad iridu jiġu,+ kollox hu tagħkom; 23 mill-banda l-oħra, intom taʼ Kristu;+ u Kristu hu t’Alla.+