Imħallfin
3 Issa dawn huma l-ġnus+ li Ġeħova ħalliehom jibqgħu sabiex bihom jgħaddi mill-prova+ lil Israel, jiġifieri, lil dawk kollha li ma kinux esperjenzaw xi waħda mill-gwerer taʼ Kangħan+ 2 (ħalliehom biss biex il-ġenerazzjonijiet taʼ wlied Israel, dawk li qabel ma kinux għaddew minn affarijiet bħal dawn, ikollhom l-esperjenza u jitgħallmu jiggwerraw): 3 Il-ħames sidien alleati+ tal-Filistin,+ u l-Kangħanin kollha,+ kif ukoll is-Sidonin+ u l-Ħiwwin+ li joqogħdu fuq il-Muntanja Libanu,+ mill-Muntanja Bagħal-ħermon+ sad-daħla taʼ Ħamat.+ 4 U baqgħu jintużaw biex ulied Israel jiġu mgħoddijin mill-prova+ ħalli jkun magħruf jekk hux se jobdu l-kmandamenti li Ġeħova kien ordna lil missirijiethom permezz taʼ Mosè.+ 5 U wlied Israel għammru fost il-Kangħanin,+ il-Ħittin u l-Amurrin u l-Pereżin u l-Ħiwwin u l-Ġebusin.+ 6 U ħadu lill-bniet tagħhom b’marthom,+ u taw lill-bniet tagħhom lil uliedhom subien,+ u bdew jaqdu lil allathom.+
7 Għalhekk, ulied Israel għamlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, u bdew jinsew lil Ġeħova Alla tagħhom+ u marru jaqdu lill-Bagħalim+ u l-arbli sagri.+ 8 Għal dan, ir-rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Israel,+ u hu biegħhom+ f’idejn Kusan-risgħatajm is-sultan tal-Mesopotamja;+ u wlied Israel baqgħu jaqdu lil Kusan-risgħatajm għal tmien snin. 9 U wlied Israel bdew isejħu lil Ġeħova għall-għajnuna.+ Imbagħad Ġeħova qajjem salvatur+ għal ulied Israel biex ikun jistaʼ jsalvahom, lil Għotnijel+ bin Kenaż,+ ħu Kaleb, iżgħar minnu.+ 10 Issa l-ispirtu+ taʼ Ġeħova ġie fuqu, u hu sar l-imħallef taʼ Israel. Meta ħareġ għall-battalja, Ġeħova tah f’idu lil Kusan-risgħatajm is-sultan tas-Sirja, u b’hekk idu għelbet+ lil Kusan-risgħatajm. 11 Wara dan, l-art ma kellha ebda tfixkil għal erbgħin sena. Maż-żmien, Għotnijel bin Kenaż miet.
12 U għal darb’oħra wlied Israel għamlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ Għal dan, Ġeħova ħalla lil Għeglon is-sultan taʼ Mowab+ jissaħħaħ kontra wlied Israel,+ għax għamlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ 13 Iktar minn hekk, hu ġabar kontrihom lil ulied Għammon+ u Għamalek.+ Dawn marru u ħabtu għal Israel u ħadu f’idejhom il-belt tas-siġar tal-palm.+ 14 U wlied Israel baqgħu jaqdu lil Għeglon is-sultan taʼ Mowab għal tmintax-il sena.+ 15 U wlied Israel bdew isejħu lil Ġeħova għall-għajnuna.+ Għalhekk, Ġeħova qajmilhom salvatur, lil Eħud+ bin Gera, Benjamini,+ raġel xellugi.+ Maż-żmien, ulied Israel bagħtu permezz tiegħu l-għotja li ried Għeglon is-sultan taʼ Mowab. 16 Sadanittant, Eħud għamel sejf b’żewġt ixfar+ li kien twil kubitu. Imbagħad ħażżmu taħt ħwejġu fuq koxxtu l-leminija.+ 17 U ppreżenta l-għotja lil Għeglon is-sultan taʼ Mowab.+ Issa Għeglon kien raġel oħxon ħafna.
18 U meta spiċċa jippreżenta l-għotja,+ minnufih hu bagħat lin-nies li kienu ġarrew l-għotja. 19 U meta waslu ħdejn il-barrieri li kienu f’Gilgal,+ hu reġaʼ lura u qal: “Għandi kelma sigrieta għalik, O sultan.” Għalhekk, hu qal: “Silenzju!” Għal dan, dawk kollha li kienu weqfin ħdejh ħarġu minn quddiemu.+ 20 U Eħud ġie għandu hekk kif kien bil-qiegħda fl-għorfa friska tiegħu li kienet għalih biss. U Eħud qal: “Għandi kelma mingħand Alla għalik.” Għal dan, hu qam minn fuq it-tron tiegħu. 21 Imbagħad Eħud daħħal idu x-xellugija b’ħeffa u ħa s-sejf minn fuq koxxtu l-leminija u deffishulu f’żaqqu. 22 U l-manku baqaʼ dieħel ukoll wara x-xafra, u x-xaħam ngħalaq fuq ix-xafra, għax hu ma ġibidx lura s-sejf minn ġo żaqqu, u beda ħiereġ ħmieġu. 23 U Eħud ħareġ mill-fetħa għall-arja, wara li għalaq il-bieb taʼ l-għorfa warajh u sakkru. 24 U ħareġ.+
U l-qaddejja tiegħu ġew u bdew ifittxu, u l-bieb taʼ l-għorfa kien imsakkar. Għalhekk, qalu: “Qed jaqdi bżonnijietu+ fil-kamra friska taʼ ġewwa.” 25 U huma baqgħu jistennew sakemm bdew jistħu għax ħadd ma fetaħ il-bieb taʼ l-għorfa. Għal dan, ħadu l-muftieħ u fetħuh, u, ara, sidhom kien mixħut fl-art mejjet!
26 Min-naħa tiegħu, Eħud ħarab waqt li huma kienu qed jitnikkru, u għadda minn ħdejn il-barrieri+ u ħarab lejn Segħira. 27 U meta wasal hemmhekk beda jdoqq il-qarn+ fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm;+ u wlied Israel niżlu miegħu mir-reġjun muntanjuż, u hu kien quddiemhom. 28 Imbagħad qalilhom: “Imxu warajja,+ għax Ġeħova ta lill-għedewwa tagħkom, il-Mowabin, f’idejkom.”+ U marru warajh u ħadu f’idejhom l-ilmijiet baxxi+ tal-Ġordan biex ikollhom vantaġġ fuq il-Mowabin, u ma ħallew ’il ħadd jaqsam. 29 U f’dak iż-żmien ħabtu għal Mowab, madwar għaxart elef raġel,+ kull raġel b’saħħtu+ u kull raġel qalbieni; u lanqas wieħed ma ħarab.+ 30 U dakinhar Mowab ġie mrażżan taħt idejn Israel; u l-art ma kellhiex iktar tfixkil għal tmenin sena.+
31 U warajh kien hemm Samgar+ bin Għanat, u hu qatel sitt mitt raġel mill-Filistin,+ b’niggieża tal-baqar; u hu wkoll salva lil Israel.+