Isaija
24 Ara! Ġeħova qed ibattal l-art u jħalliha mitluqa;+ hu qalibha wiċċha ’l isfel+ u xerred l-abitanti tagħha.+ 2 U jiġri lill-poplu bħalma jiġri lill-qassis; lill-qaddej bħal sidu; lill-qaddejja bħal sidtha; lix-xerrej bħall-bejjiegħ; lil min jislef bħal min jissellef; lil dak li jieħu l-imgħax bħal dak li jħallas l-imgħax.+ 3 Bla dubju l-art se titbattal, u bla dubju se jaħtfu l-priża minnha,+ għax Ġeħova qal din il-kelma.+ 4 L-art tnikktet,+ dbielet. L-art produttiva ddgħajfet, dbielet. Il-kbarat tan-nies tal-pajjiż iddgħajfu.+ 5 U l-art tniġġset taħt l-abitanti tagħha,+ għax injoraw il-liġijiet,+ bidlu r-regolament,+ kisru l-patt li hu għal żmien indefinit.+ 6 Huwa għalhekk li s-saħta kielet l-art,+ u dawk li jgħammru fiha qed jinstabu ħatjin. Huwa għalhekk li naqsu fl-għadd dawk li jgħammru fl-art u fadal ftit bnedmin mortali.+
7 L-inbid ġdid tnikket, id-dielja dbielet,+ dawk kollha taʼ qalb ferħana qed jitniehdu.+ 8 Il-ħoss ferrieħi tat-tanburlini waqaf, intemm l-istorbju taʼ dawk ferħanin ferm, il-ferħ kbir taʼ l-arpa waqaf.+ 9 Jixorbu l-inbid imma ma jkantawx; ix-xorb li jsakkar ikun morr għal dawk li jixorbuh. 10 Il-belt abbandunata ġġarrfet;+ kull dar issakkret biex ħadd ma jidħol fiha. 11 Hemm għajta fit-toroq għax iridu l-inbid. L-hena kollu telaq; il-ferħ kbir taʼ l-art għab.+ 12 Il-belt tħalliet f’kundizzjoni li tbellhek; il-bieb tfarrak u sar biss borġ ġebel.+
13 Għax hekk isir f’nofs l-art, fost il-popli, bħal meta titfarfar is-siġra taż-żebbuġ,+ bħat-tilqit wara li jispiċċa l-ġbir taʼ l-għeneb.+ 14 Huma se jgħollu leħinhom u jgħajtu bil-ferħ. Minħabba s-superjorità taʼ Ġeħova se jinfexxu jwerżqu mill-baħar.+ 15 Għalhekk, fir-reġjun tad-dawl+ se jigglorifikaw lil Ġeħova,+ u fil-gżejjer tal-baħar l-isem taʼ Ġeħova,+ l-Alla taʼ Israel. 16 Minn tarf l-art smajna xi melodiji:+ “Dekorazzjoni għall-Ġust!”+
Imma jien ngħid: “Inħossni mixrub,+ inħossni mixrub! Gwaj għalija! It-tradituri aġixxew bi tradiment.+ Iva, bi tradiment aġixxew it-tradituri.”+
17 Il-biżaʼ u l-ħofra u n-nasba huma fuqek, int li tgħammar fl-art.+ 18 U jrid iseħħ li kulmin jaħrab mill-ħoss taʼ xi ħaġa tal-biżaʼ se jaqaʼ fil-ħofra, u kulmin jitlaʼ minn ġol-ħofra jinqabad fin-nasba.+ Għax bwieb l-għargħar li huma fl-għoli jinfetħu,+ u s-sisien taʼ l-art jitriegħdu.+ 19 L-art inqasmet għalkollox, l-art theżżet għalkollox, l-art tħarrket għalkollox.+ 20 L-art tixxengel ħafna bħal raġel fis-sakra, u titbandal ’l hemm u ’l hawn bħal għarix taʼ l-għassa.+ U l-ksur tal-liġi tagħha jtaqqalha,+ u se taqaʼ u ma terġax tqum.+
21 U jrid iseħħ f’dak il-jum li Ġeħova se jġib il-ġudizzju tiegħu fuq l-armata taʼ l-għoli fl-għoli, u fuq is-slaten taʼ l-art fl-art.+ 22 U se jinġabru bħalma jinġabru l-priġunieri fil-ħofra,+ u jissakkru fil-ħabs taħt l-art;+ u wara ħafna jiem se jingħataw attenzjoni.+ 23 U ħassu avvilit il-qamar kwinta, u x-xemx tiddi stħat,+ għax Ġeħova taʼ l-armati sar sultan+ glorifikat fuq il-Muntanja Sijon+ u f’Ġerusalemm u quddiem ix-xjuħ tiegħu.+