Maskil. Taʼ David, meta kien fl-għar.+ Talba.
142 B’leħni sejjaħt lil Ġeħova għall-għajnuna;+
B’leħni bdejt ngħajjat lil Ġeħova għall-ħniena.+
2 Quddiemu bqajt inferraʼ t-tħassib tiegħi;+
Lilu għedt dwar in-niket tiegħi,+
3 Meta l-ispirtu tiegħi+ nfena fija.
Dakinhar int kont taf triqti.+
Fil-mogħdija li nimxi fiha+
Huma ħbewli nasba.+
4 Ħares lejn il-lemin u ara
Kif m’hemm ħadd li jagħti kasi.+
Għab il-post fejn nistaʼ naħrab;+
M’hemm ħadd li qed jistaqsi għalija.+
5 Jien sejjaħtlek, O Ġeħova, għall-għajnuna.+
Għedt: “Int il-kenn tiegħi,+
Is-sehem tiegħi+ fl-art tal-ħajjin.”+
6 Agħti kas l-għajat bil-ħrara tiegħi,+
Għax sirt wisq batut.+
Eħlisni minn dawk li jippersegwitawni,+
Għax huma iktar b’saħħithom minni.+
7 Oħroġni mill-ħabs taħt l-art+
Sabiex infaħħar ismek.+
Ħa jinġabru madwari n-nies sewwa,+
Għax int taġixxi b’mod xieraq miegħi.+