Dewteronomju
5 U Mosè sejjaħ lil Israel kollu+ u qalilhom: “Ismaʼ, O Israel, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ li qed inwasslilkom f’widnejkom illum, u tridu titgħallmuhom u toqogħdu attenti li tagħmluhom.+ 2 Ġeħova Alla tagħna għamel patt magħna fil-Ħoreb.+ 3 Dan il-patt Ġeħova m’għamlux maʼ missirijietna, imma magħna, dawk kollha minna li aħna ħajjin hawnhekk illum. 4 Wiċċ imbwiċċ kellimkom Ġeħova fuq il-muntanja minn ġon-nar.+ 5 Jien kont qiegħed bejn Ġeħova u bejnkom f’dak iż-żmien partikulari+ biex ngħidilkom il-kelma taʼ Ġeħova, (għax intom bżajtu minħabba n-nar u ma tlajtux fuq il-muntanja,)+ li kienet tgħid,
6 “‘Jien Ġeħova Alla tiegħek,+ li ħriġtek mill-art taʼ l-Eġittu, minn dar l-ilsiera.+ 7 Ma jkollok qatt allat oħrajn għajri.+
8 “‘Tagħmilx xi xbieha skolpita,+ kwalunkwe forma+ bħal xi ħaġa li hemm fis-smewwiet hemm fuq jew fuq l-art hawn taħt jew fl-ilmijiet taħt l-art. 9 Tmilx quddiemhom u titħajjarx taqdihom,+ għaliex jien Ġeħova Alla tiegħek, jien Alla li nesiġi devozzjoni esklużiva,+ li għall-iżball tal-missirijiet nikkastiga lill-ulied, sat-tielet u r-rabaʼ ġenerazzjoni, fil-każ taʼ dawk li jobogħduni;+ 10 imma nuri l-qalb tajba bl-imħabba sa l-elf ġenerazzjoni fil-każ taʼ dawk li jħobbuni u jħarsu l-kmandamenti tiegħi.+
11 “‘Tużax l-isem taʼ Ġeħova Alla tiegħek b’mod ħażin,+ għax Ġeħova ma jħallix bla kastig lil kulmin juża ismu b’mod ħażin.+
12 “‘Waqt li tħares jum is-Sabat* biex tqaddsu, sewwasew bħalma kkmandak Ġeħova Alla tiegħek,+ 13 għandek taħdem u tagħmel ix-xogħol kollu tiegħek f’sitt ijiem.+ 14 Imma s-sebaʼ jum hu Sabat għal Ġeħova Alla tiegħek.+ Tagħmel ebda xogħol,+ la int, la ibnek, la bintek, la l-ilsir tiegħek, la l-ilsira tiegħek, la l-barri tiegħek, la l-ħmar tiegħek, la kwalunkwe annimal domestiku tiegħek, u lanqas ir-resident barrani li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek,+ sabiex l-ilsir tiegħek u l-ilsira tiegħek jistrieħu l-istess bħalek.+ 15 U ftakar li int kont ilsir fl-art taʼ l-Eġittu+ u Ġeħova Alla tiegħek ħarġek minn hemmhekk b’id b’saħħitha u bi driegħ maħruġ ’il barra.+ Huwa għalhekk li Ġeħova Alla tiegħek ikkmandak tħares jum is-Sabat.+
16 “‘Onora lil missierek u lil ommok,+ sewwasew bħalma kkmandak Ġeħova Alla tiegħek; sabiex ittawwal jiemek u jaħbatlek tajjeb+ fuq l-art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.
18 “‘Lanqas għandek tagħmel adulterju.+
20 “‘Lanqas għandek tixhed falz kontra għajrek.+
21 “‘Lanqas għandek tixtieq mart għajrek.+ Lanqas għandek tixxennaq b’egoiżmu għal dar għajrek, għar-rabaʼ tiegħu, għall-ilsir tiegħu, għall-ilsira tiegħu, għall-barri tiegħu, għall-ħmar tiegħu, jew għal kwalunkwe ħaġa li hi t’għajrek.’+
22 “Dan il-Kliem Ġeħova qalu lill-kongregazzjoni kollha tagħkom fuq il-muntanja minn ġon-nar,+ minn ġos-sħaba u minn ġod-dalma ħoxna, b’leħen għoli, u ma żied xejn; imbagħad kitbu fuq żewġ twavel tal-ġebel u tahomli.+
23 “U ġara li, malli kontu smajtu l-leħen minn ġod-dlam, waqt li l-muntanja kienet qed taqbad bin-nar,+ intom ġejtu ħdejja, il-kapijiet kollha tat-tribujiet tagħkom u x-xjuħ tagħkom. 24 Imbagħad għedtuli, ‘Ara! Ġeħova Alla tagħna wriena l-glorja tiegħu u l-kobor tiegħu, u smajna leħnu minn ġon-nar.+ Illum rajna li Alla jistaʼ jkellem lill-bniedem, u dan jibqaʼ ħaj.+ 25 U issa għala għandna mmutu? Għax dan in-nar kbir jistaʼ jeqridna.+ Jekk nerġgħu nisimgħu leħen Ġeħova Alla tagħna darb’oħra, aħna żgur immutu.+ 26 Għax min hemm minn fost il-bnedmin kollha li semaʼ l-leħen taʼ l-Alla l-ħaj+ jitkellem minn ġon-nar, bħalma għamilna aħna, u madankollu jibqaʼ ħaj? 27 Int innifsek mur qrib u ismaʼ kulma se jgħid Ġeħova Alla tagħna; u int tkun dak li tgħidilna kulma jgħidlek Ġeħova Alla tagħna,+ u aħna nisimgħuh u nagħmluh.’
28 “Għalhekk, Ġeħova semaʼ l-kliem li kontu qed tgħidu meta kellimtuni, u Ġeħova ssokta jgħidli, ‘Smajt il-kliem li kien qed jgħid dan il-poplu, li qaluh lilek. Kulma qalu hu tajjeb.+ 29 O li kieku jdaħħluha f’din qalbhom li jibżgħu minni+ u jħarsu l-kmandamenti tiegħi dejjem,+ sabiex jaħbtilhom tajjeb sew lilhom u sew lil uliedhom għal żmien indefinit!*+ 30 Mur għidilhom: “Morru lura lejn it-tined tagħkom.” 31 U int oqgħod hawnhekk miegħi, u jien ngħidlek il-kmandamenti u r-regolamenti u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha li għandek tgħallimhom+ u li huma jridu jagħmluhom fl-art li qed nagħtihom biex jiħduha f’idejhom.’ 32 U intom qisu li tagħmlu sewwasew bħalma kkmandakom Ġeħova Alla tagħkom.+ Iddurux lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.+ 33 Għandkom timxu fit-triq kollha li kkmandakom Ġeħova Alla tagħkom,+ sabiex tgħixu u jaħbtilkom tajjeb+ u ttawlu jiemkom fl-art li se tiħduha f’idejkom.