Salmi
Lid-direttur taʼ Ġedutun.*+ Melodija taʼ David.
39 Jien għedt: “Se ngħasses triqati+
Biex ma nidnibx bi lsieni.+
Se nagħmel sarima biex ngħasses fommi,+
Sakemm ikun hemm quddiemi xi ħadd mill-agħar.”+
2 Jien tbikkimt u qgħadt sieket;+
Bqajt kwiet dwar dak li hu tajjeb ukoll,+
U rażżant l-uġigħ tiegħi.
5 Ara! Jiemi int għamilthom ftit biss;+
U quddiemek it-tul taʼ ħajti qisu m’hu xejn.+
Żgur li kull bniedem taʼ l-art, għalkemm hu wieqaf fis-sod, m’hu xejn ħlief nifs.+ Sela.
6 Tassew li l-bniedem jimxi ’l hemm u ’l hawn bħal dell.+
Tassew li n-nies jagħmlu storbju għalxejn.+
Wieħed igeddes l-affarijiet u ma jafx min se jiġborhom.+
11 Int ikkoreġejt lill-bniedem billi widdibtu għall-iżball tiegħu,+
U tikollu l-affarijiet mixtiqin bħalma tagħmel il-kamla.+
Tassew li kull bniedem taʼ l-art hu nifs.+ Sela.