2 Slaten
19 U ġara li malli s-Sultan Ħeżekija+ semaʼ dan, hu ċarrat ħwejġu+ u libes ilbies taʼ l-ixkora+ u daħal fid-dar taʼ Ġeħova.+ 2 Barra minn hekk, hu bagħat lil Eljakim,+ li kien jieħu ħsieb id-dar, u lil Sebnah+ is-segretarju u lix-xjuħ fost il-qassisin għand il-profeta Isaija+ bin Għamoż+ lebsin ilbies taʼ l-ixkora. 3 U qalulu: “Hekk qal Ħeżekija, ‘Dan il-jum huwa jum taʼ niket,+ taʼ ċanfir,+ u taʼ insolenza bi stmerrija;+ għax l-ulied waslu f’fomm il-ġuf,+ imma m’hemmx saħħa biex jitwieldu.+ 4 Għandu mnejn Ġeħova Alla tiegħek jismaʼ+ l-kliem kollu tar-Rabsake* li ntbagħat minn sidu s-sultan taʼ l-Assirja biex iwaqqaʼ għaċ-ċajt+ lill-Alla l-ħaj, u jitlob kont minnu għall-kliem li semaʼ Ġeħova Alla tiegħek.+ U int itlob+ għan-nom tal-fdal+ li għad baqaʼ.’”
5 Għalhekk, il-qaddejja tas-Sultan Ħeżekija marru għand Isaija.+ 6 U Isaija qalilhom: “Dan għidulu lil sidkom, ‘Hekk qal Ġeħova:+ “Tibżax+ minħabba l-kliem li smajt u li l-qaddejja tas-sultan taʼ l-Assirja maqdruni bih.+ 7 Ara, se nqiegħed spirtu+ fih, u hu jismaʼ rapport+ u jmur lura lejn pajjiżu; u nġiegħlu jaqaʼ bis-sejf f’pajjiżu stess.”’”+
8 Wara dan, ir-Rabsake+ semaʼ li s-sultan taʼ l-Assirja kien telaq minn Lakis,+ u għalhekk reġaʼ lura għandu u sabu jiġġieled kontra Libna.+ 9 U semagħhom jgħidu dwar Tirħaka s-sultan taʼ l-Etjopja: “Ara! Ħareġ jiġġieled kontrik.” Għaldaqstant reġaʼ bagħat messaġġiera+ għand Ħeżekija biex jgħidlu: 10 “Hekk għidulu lil Ħeżekija s-sultan taʼ Ġuda, ‘Tħallix lil Alla tiegħek li qed tafda fih iqarraq bik,+ billi jgħidlek: “Ġerusalemm+ mhix se tingħata f’idejn is-sultan taʼ l-Assirja.”+ 11 Ara! Int stess smajt x’għamlu s-slaten taʼ l-Assirja lill-pajjiżi kollha, kif ħarbtuhom;*+ u taħseb li int se teħlisha?+ 12 Jaqaw ħelsuhom l-allat+ tal-ġnus li missirijieti għamluhom ħerba, lil Gożan+ u Ħaran+ u Reżef u wlied Għeden+ li kienu f’Tel-assar?+ 13 Fejn hu—is-sultan taʼ Ħamat+ u s-sultan t’Arfad+ u s-sultan tal-bliet taʼ Sefarwajim, taʼ Ħena, u taʼ Iwwa?’”+
14 Imbagħad Ħeżekija ħa l-ittra minn id il-messaġġiera u qraha,+ u Ħeżekija telaʼ lejn id-dar taʼ Ġeħova u firixha quddiem Ġeħova.+ 15 U Ħeżekija beda jitlob+ quddiem Ġeħova u jgħid: “O Ġeħova l-Alla taʼ Israel,+ li qiegħed bil-qiegħda fuq il-kerubini,+ int waħdek l-Alla l-veru tas-saltniet kollha+ taʼ l-art.+ Int għamilt is-smewwiet+ u l-art.+ 16 Mejjel widintek u ismaʼ,+ O Ġeħova. Iftaħ għajnejk+ u ara, O Ġeħova, u ismaʼ l-kliem li Sennakerib bagħat biex iwaqqaʼ għaċ-ċajt+ lill-Alla l-ħaj. 17 Huwa fatt, O Ġeħova, li s-slaten taʼ l-Assirja ħarbtu lill-ġnus u l-artijiet tagħhom.+ 18 U tefgħulhom l-allat tagħhom fin-nar, għax ma kienu allat+ xejn imma xogħol idejn il-bniedem,+ injam u ġebel; għalhekk qerduhom. 19 U issa, O Ġeħova Alla tagħna,+ salvana,+ jekk jogħġbok, minn idejh, sabiex is-saltniet kollha taʼ l-art ikunu jafu li int, O Ġeħova, int waħdek Alla.”+
20 U Isaija bin Għamoż bagħat jgħid lil Ħeżekija: “Hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel,+ ‘Dak li tlabtni+ dwar Sennakerib is-sultan taʼ l-Assirja smajtu.+ 21 Din hi l-kelma li Ġeħova qal kontrih:
22 Lil min waqqajt għaċ-ċajt+ u maqdart?+
Kontra min għollejt leħnek+
U terfaʼ għajnejk fl-għoli?+
Kontra l-Qaddis taʼ Israel!+
23 Bil-messaġġiera tiegħek+ waqqajt għaċ-ċajt lil Ġeħova u għedt,+
‘Bil-kotra taʼ karrijiet tal-gwerra li għandi, jien+—
Jien se nitlaʼ fl-għoli tal-muntanji,+
L-iktar partijiet ’il bogħod tal-Libanu;+
U naqtaʼ ċ-ċedri kbar tiegħu,+ l-aħjar siġar tal-ġnibru tiegħu.+
U nidħol fl-iktar post imbiegħed fejn jgħammar, il-foresta tas-siġar tal-frott tiegħu.+
24 Inħaffer u nixrob ilmijiet barranin,
U nnixxef b’qiegħ saqajja l-kanali kollha tan-Nil taʼ l-Eġittu.’+
25 Ma smajtx?+ Sa minn żmien twil ilu hekk iddeċidejt li nagħmel.+
Minn jiem mgħoddija sawwartu dan.+
Issa se nġiegħlu jseħħ.+
U ninqeda bik biex il-bliet fortifikati nagħmilhom gozz rovini abbandunati.+
26 U l-abitanti tagħhom se jkollhom idejhom dgħajfin;+
Se jibżgħu u jistħu.+
Se jiddgħajfu bħall-ħaxix tar-rabaʼ u bħall-ħaxix aħdar tari,+
Ħaxix taʼ fuq il-bjut+ li jitħassar bir-riħ jaħraq mil-lvant.+
27 U jien naf tajjeb+ meta int toqgħod bil-qiegħda bil-kwiet u meta toħroġ+ u meta tidħol,
U meta tirrabja għalija,+
28 Għax ir-rabja li għandek għalija+ u l-għajat tiegħek waslu f’widnejja.+
U se nqiegħed il-ganċ tiegħi fi mnieħrek u l-ilġiem tiegħi bejn xofftejk,+
U rreġġgħek lura mit-triq li ġejt minnha.”+
29 “‘U dan ikun is-sinjal għalik:+ Din is-sena jittiekel dak li jinbet miż-żerriegħa mxerrda,+ u fit-tieni sena l-qmuħ li jinbtu waħedhom; imma fit-tielet sena iżirgħu ż-żerriegħa+ u aħsdu u ħawlu l-għelieqi bid-dwieli u kulu frotthom.+ 30 U dawk taʼ dar Ġuda li jeħilsuha, dawk li jifdal,+ se jniżżlu l-għeruq u jtellgħu l-frott.+ 31 Għax minn Ġerusalemm se joħroġ fdal,+ u mill-Muntanja Sijon ikun hemm dawk li jeħilsuha.+ Iż-żelu nnifsu+ taʼ Ġeħova taʼ l-armati se jagħmel dan.
32 “‘Huwa għalhekk li Ġeħova qal dan dwar is-sultan taʼ l-Assirja:+ “Ma jidħolx f’din il-belt+ u ebda vleġġa+ ma jispara hemmhekk, u la jersaq lejha b’tarka u lanqas itellaʼ kontriha rampa għall-assedju.+ 33 Mit-triq li ġie minnha se jerġaʼ lura, u f’din il-belt ma jidħolx, hija l-kelma taʼ Ġeħova.+ 34 U żgur niddefendi+ din il-belt biex insalvaha minħabba fija stess+ u minħabba David il-qaddej tiegħi.”’”+
35 U ġara dak il-lejl li l-anġlu taʼ Ġeħova ħareġ u qatel mija u ħamsa u tmenin elf ruħ fil-kamp+ taʼ l-Assirjani.+ Meta n-nies qamu kmieni fil-għodu, sabuhom ilkoll iġsma mejtin.+ 36 Għalhekk, Sennakerib+ is-sultan taʼ l-Assirja rtira mill-battalja u telaq u mar lura,+ u qagħad Ninwe.+ 37 U ġara li meta kien qed imil fid-dar taʼ Nisrok+ l-alla tiegħu,+ uliedu Adrammelek u Sareser qatluh bis-sejf,+ u huma nfushom ħarbu lejn l-art t’Ararat.+ U ibnu Esar-ħaddon+ beda jsaltan minfloku.