Ġenesi
16 Issa Saraj, mart Abram, ma kinitx wilditlu tfal;+ imma kellha qaddejja Eġizzjana jisimha Ħagar.+ 2 Għalhekk, Saraj qalet lil Abram: “Issa, jekk jogħġbok, ismagħni! Ġeħova żammni milli jkolli t-tfal.+ Jekk jogħġbok, ħa jkollok x’taqsam mal-qaddejja tiegħi; forsi jkolli t-tfal minnha.”+ Għalhekk, Abram semaʼ minn kliem Saraj.+ 3 Imbagħad Saraj, mart Abram, ħadet lil Ħagar, il-qaddejja Eġizzjana tagħha, għaxar snin wara li Abram kien ilu jgħammar fl-art taʼ Kangħan, u tatha lil żewġha Abram b’martu.+ 4 U hu kellu x’jaqsam maʼ Ħagar, u din ħarġet tqila. Meta indunat li kienet tqila, bdiet tħares bi stmerrija lejn sidtha.+
5 Minħabba f’hekk, Saraj qalet lil Abram: “Il-ħsara li saritli tkun fuqek. Jien stess tajtek il-qaddejja tiegħi fi ħdanek, u meta indunat li kienet tqila, bdiet tħares lejja bi stmerrija. Ħa jiġġudika Ġeħova bejni u bejnek.”+ 6 Għalhekk, Abram qal lil Saraj:+ “Ara! Il-qaddejja tiegħek f’idejk. Agħmlilha dak li jidher li hu tajjeb f’għajnejk.”+ Imbagħad Saraj bdiet tumiljaha, u b’hekk Ħagar ħarbet ’il bogħod minnha.+
7 Iktar tard l-anġlu+ taʼ Ġeħova sabha ħdejn għajn taʼ l-ilma fix-xagħri, ħdejn l-għajn li hemm fit-triq li tagħti għal Sur.+ 8 U qalilha: “Ħagar, qaddejja taʼ Saraj, minfejn ġejja u fejn sejra?” Hi wieġbet: “Qed naħrab minn sidti Saraj.” 9 U l-anġlu taʼ Ġeħova ssokta jgħidilha: “Mur lura għand sidtek u umilja ruħek taħt idejha.”+ 10 Imbagħad l-anġlu taʼ Ġeħova qalilha: “Se nkattar fuq li nkattar lil nislek,+ u ma jingħaddx daqskemm ikun kotran.”+ 11 L-anġlu taʼ Ġeħova żied jgħidilha: “Issa int tqila, u se tiled iben u ssemmih Ismagħel;*+ għax Ġeħova semaʼ bis-sofferenza tiegħek.+ 12 Hu se jsir bħaż-żebra. Idu tkun kontra kulħadd, u id kulħadd tkun kontrih;+ u se jgħix fit-tined quddiem wiċċ ħutu kollha.”+
13 Imbagħad hi bdiet issejjaħ isem Ġeħova, li kien qed ikellimha: “Int Alla li jara,”+ għax qalet: “Tassew li jien hawn ħarist lejn dak li jarani?” 14 Kien għalhekk li dan il-bir issemma Bir-laħaj-roj.*+ Dan qiegħed bejn Kades u Bered. 15 Iktar tard Ħagar wildet iben lil Abram, u Abram semma isem ibnu, li wildet Ħagar, Ismagħel.+ 16 U Abram kellu sitta u tmenin sena meta Ħagar wilditlu lil Ismagħel.