2 Korintin
2 Għax ngħid għalija hekk iddeċidejt, li ma nerġax niġi għandkom b’qalbi sewda.+ 2 Għax jekk insewdilkom qalbkom,+ min ikun hemm biex iferraħni ħlief dak li nkun sewwidtlu qalbu? 3 U għalhekk ktibt dan, biex meta niġi ma nsewwidx qalbi+ minħabba dawk li jmissni nifraħ bihom;+ għax għandi fiduċja+ fikom ilkoll li l-ferħ li għandi hu tagħkom ilkoll. 4 Għax b’ħafna tribulazzjoni u diqa taʼ qalb ktibtilkom b’ħafna dmugħ,+ mhux biex insewdilkom qalbkom,+ imma biex tkunu tafu l-imħabba li għandi speċjalment għalikom.
5 Issa jekk xi ħadd ġab swied il-qalb,+ ma ġabux lili, imma lilkom ilkoll sa ċertu punt—biex ma nkunx aħrax wisq f’dak li ngħid. 6 Din iċ-ċanfira+ mogħtija mill-maġġuranza hi biżżejjed għal bniedem bħal dan, 7 u għalhekk, għall-kuntrarju, issa għandkom taħfrulu+ b’qalb tajba u tfarrġuh, li ma jmurx dan jinbelaʼ għax ikun sewwed qalbu żżejjed.+ 8 Għaldaqstant inħeġġiġkom biex terġgħu turuh imħabbitkom.+ 9 Għax għalhekk ukoll qed niktbilkom, biex inkun ċert jekk intomx ubbidjenti f’kollox.+ 10 Kulma taħfru b’qalb tajba lil xi ħadd, jien naħfirhulu wkoll.+ Fil-fatt, ngħid għalija, kulma ħfirt b’qalb tajba, jekk ħfirt xi ħaġa, kien minħabba fikom quddiem Kristu; 11 biex Satana ma jegħlibniex,+ għax il-pjanijiet tiegħu nafuhom.+
12 Issa meta wasalt Troas+ biex inxandar l-aħbar tajba dwar il-Kristu, u nfetaħli bieb fil-Mulej,+ 13 ma kellix serħan fl-ispirtu tiegħi peress li ma sibtx lil ħija Titu,+ imma sellimtilhom u tlaqt il-Maċedonja.+
14 Imma ħajr lil Alla li dejjem imexxina+ f’parata trijonfali fi sħubija+ mal-Kristu u jagħmel ir-riħa taʼ l-għarfien dwaru tinxtamm f’kull post permezz tagħna!+ 15 Għax għal Alla aħna riħa tfuħ+ taʼ Kristu fost dawk li qed jiġu salvati u fost dawk li qed jinqerdu;+ 16 għal dawn taʼ l-aħħar riħa li tiġi mill-mewt għall-mewt,+ għal dawk taʼ l-ewwel riħa li tiġi mill-ħajja għall-ħajja. U min hu kwalifikat biżżejjed għal dan?+ 17 Aħna; għax ma nagħmlux negozju mill-kelma t’Alla+ bħalma jagħmlu ħafna,+ imma qed nitkellmu bis-sinċerità, iva, bħala nies mibgħutin minn Alla, quddiem Alla, u fi sħubija maʼ Kristu.+