Lid-direttur. Fuq l-istrumenti tal-korda. Taʼ David.
61 Ismaʼ, O Alla, l-għajat tiegħi bil-ħrara.+
Agħti kas it-talba tiegħi.+
2 Minn tarf l-art jien ngħajjat, iva, ngħajjat lilek, meta qalbi tintelaq.+
Mexxini għal fuq blata għolja.+
3 Għax int kont kenn għalija,+
Torri b’saħħtu meta ffaċċjajt l-għadu.+
4 Jien se nkun il-mistieden fit-tinda tiegħek għal dejjem;+
Se nistkenn u ninħeba taħt ġwinħajk.+ Sela.
5 Għax int, O Alla, smajt il-wegħdi tiegħi.+
Tajtni l-wirt taʼ dawk li jibżgħu minn ismek.+
6 Lis-sultan se żżidlu l-jiem maʼ jiemu;+
Is-snin taʼ ħajtu jkunu bħallikieku minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+
7 Hu jgħammar għal dejjem quddiem Alla;+
Ibgħat il-qalb tajba bl-imħabba u l-verità, sabiex iħarsuh.+
8 Għalhekk, ngħanni lil ismek għal dejjem,+
Biex inkun nistaʼ rrodd il-wegħdi tiegħi jum wara l-ieħor.+