Neħemija
2 U ġara fix-xahar taʼ Nisan,+ fis-sena għoxrin+ tas-Sultan Artaserse,+ li l-inbid kien quddiemu, u jien bħas-soltu qbadt l-inbid u tajtu lis-sultan.+ Imma qatt ma kont inkun imdejjaq quddiemu.+ 2 Għalhekk, is-sultan qalli: “Għala jidher imdejjaq wiċċek+ la m’intix marid? Dan m’hu xejn ħlief swied il-qalb.”+ Għal dan, jien bdejt nibżaʼ ħafna.
3 Imbagħad għedt lis-sultan: “Ħa jgħix għal dejjem is-sultan!+ Għala m’għandux jidher imdejjaq wiċċi meta l-belt+ fejn huma midfunin missirijieti+ hi mħarbta, u l-bibien tagħha ttieklu bin-nar?”+ 4 Min-naħa tiegħu, is-sultan qalli: “Xi trid?”+ Minnufih jien tlabt+ lill-Alla tas-smewwiet.+ 5 Wara dan, għedt lis-sultan: “Jekk is-sultan jidhirlu li hu tajjeb,+ u jekk il-qaddej tiegħek jidher tajjeb quddiemek,+ li tibgħatni Ġuda, lejn il-belt fejn huma midfunin missirijieti, biex inkun nistaʼ nibniha mill-ġdid.”+ 6 Għal dan, is-sultan qalli, waqt li mart is-sultan kienet bil-qiegħda ħdejh: “Kemm se jkun twil il-vjaġġ tiegħek u meta ġej lura?” Għalhekk, is-sultan deherlu li hu tajjeb+ li jibgħatni, meta tajtu ż-żmien stabbilit.+
7 U komplejt ngħid lis-sultan: “Jekk is-sultan jidhirlu li hu tajjeb, ħa jingħatawli ittri+ għall-gvernaturi+ lil hinn mix-Xmara,*+ biex iħalluni ngħaddi sakemm nasal Ġuda; 8 kif ukoll ittra lil Asaf l-għassies tal-foresta tas-sultan, biex ikun jistaʼ jagħtini siġar ħalli bl-injam nibni l-bibien tal-Kastell+ tad-dar t’Alla,+ u għas-sur+ tal-belt u għad-dar li rrid noqgħod fiha.” Għalhekk, is-sultan tahomli, skond l-id tajba t’Alla tiegħi fuqi.+
9 Fl-aħħar wasalt għand il-gvernaturi+ lil hinn mix-Xmara u tajthom l-ittri tas-sultan. Barra minn hekk, is-sultan bagħat miegħi kapijiet tal-qawwa militari u rikkieba taż-żwiemel. 10 Meta Sanballat+ il-Ħoroni+ u Tobija+ l-qaddej, l-Għammoni,+ semgħu dwar dan, dehrilhom li kienet xi ħaġa ħażina ferm+ li raġel kien ġie jfittex xi ħaġa tajba għal ulied Israel.
11 U fl-aħħar wasalt Ġerusalemm, u bqajt hemm tlett ijiem. 12 Imbagħad qomt bil-lejl, jien u ftit irġiel miegħi, u m’għedt lil ħadd+ b’dak li Alla tiegħi kien qed idaħħalli f’qalbi li nagħmel għal Ġerusalemm,+ u ma kien hemm ebda annimal domestiku miegħi ħlief l-annimal domestiku li kont riekeb. 13 U ħriġt bil-lejl minn Bieb il-Wied+ u quddiem l-Għajn tas-Serp il-Kbir* u lejn Bieb l-Irmied,*+ u qgħadt neżamina s-swar+ taʼ Ġerusalemm, kif kienu mġarrfin u kif il-bibien tagħha+ kienu ttieklu bin-nar. 14 U għaddejt lejn Bieb l-Għajn+ u lejn l-Għadira tas-Sultan, u ma kienx hemm post minfejn jgħaddi l-annimal domestiku taʼ taħti. 15 Imma bqajt tielaʼ fil-wied*+ bil-lejl, u bqajt neżamina s-sur; wara dan ġejt lura u dħalt minn Bieb il-Wied,+ u għalhekk wasalt lura.
16 U l-ħakkiema deputati+ ma kinux jafu fejn mort u x’kont qed nagħmel; u lil-Lhud u lill-qassisin u lin-nobbli u lill-ħakkiema deputati u lill-bqija taʼ dawk li jieħdu ħsieb ix-xogħol kont għadni m’għedtilhom xejn. 17 Fl-aħħar għedtilhom: “Qed taraw l-istat imwiegħer li ninsabu fih, kif Ġerusalemm hi mħarbta u l-bibien tagħha nħarqu bin-nar. Ejjew ħa nibnu mill-ġdid is-sur taʼ Ġerusalemm, biex ma nibqgħux niġu mżebilħin.”+ 18 U għedtilhom dwar id+ Alla tiegħi, kif kienet tajba fuqi,+ u wkoll dwar il-kliem+ li kien qalli s-sultan. Għal dan, huma qalu: “Ejjew inqumu u nibnu.” Għalhekk, saħħew idejhom għax-xogħol tajjeb.+
19 Issa meta Sanballat+ il-Ħoroni u Tobija+ l-qaddej,+ l-Għammoni,+ u Gesem+ l-Għarbi+ semgħu dwar dan, bdew jiddieħqu bina+ u jgħidulna bi stmerrija: “X’qed tagħmlu? Qed tirribellaw kontra s-sultan?”+ 20 Madankollu, jien wiġibthom u għedtilhom: “Hu l-Alla tas-smewwiet+ li se jgħinna nirnexxu,+ u aħna nfusna, il-qaddejja tiegħu, se nqumu u nibnu; imma intom m’għandkom ebda sehem,+ ebda jedd ġust, u lanqas tifkira+ f’Ġerusalemm.”