Ġenesi
4 Issa Adam kellu x’jaqsam maʼ martu Eva u din ħarġet tqila.+ Meta għalqilha ż-żmien wildet lil Kajjin*+ u qalet: “Ulidt raġel bl-għajnuna taʼ Ġeħova.”+ 2 Imbagħad maż-żmien wildet ukoll lil ħuh Abel.+
U Abel kien jirgħa n-nagħaġ,+ imma Kajjin kien jaħdem l-art.+ 3 U ġara li, wara ftit taż-żmien, Kajjin ġab xi prodotti taʼ l-art+ bħala offerta lil Ġeħova.+ 4 Imma Abel ukoll ġab xi ftit mill-ewwel frieħ+ tal-merħla tiegħu kif ukoll il-partijiet imxaħħmin tagħhom.+ Issa waqt li Ġeħova kien qed iħares b’approvazzjoni lejn Abel u l-offerta tiegħu,+ 5 hu ma ħarisx b’approvazzjoni lejn Kajjin u lejn l-offerta tiegħu.+ U Kajjin imtela b’rabja kbira,+ u wiċċu tqarras. 6 U Ġeħova qal lil Kajjin: “Għala int mgħaddab għall-aħħar u qarrast wiċċek? 7 Jekk iddur biex tagħmel it-tajjeb, ma tiġix milqugħ?+ Imma jekk ma ddurx biex tagħmel it-tajjeb, hemm id-dnub lest għalik wara biebek, u hu mlebleb għalik;+ u se trażżnu int, min-naħa tiegħek?”+
8 Imbagħad Kajjin qal lil ħuh Abel: “Ejja mmorru fl-għalqa.” U ġara li waqt li kienu fl-għalqa, Kajjin ħebb għal ħuh Abel u qatlu.+ 9 Iktar tard Ġeħova qal lil Kajjin: “Fejn hu ħuk Abel?”+ u hu qallu: “Ma nafx. Jaqaw jien l-għassies taʼ ħija?”+ 10 U Hu qallu: “X’għamilt? Ismaʼ! Demm ħuk qed jgħajjatli mill-art.+ 11 U issa misħut int u mkeċċi mill-art,+ li fetħet fommha biex tilqaʼ demm ħuk minn idek.+ 12 Meta tikkultiva l-art, din ma troddlokx il-prodott tagħha.*+ Ikollok tiġġerra u taħrab int fuq l-art.”+ 13 Imbagħad Kajjin qal lil Ġeħova: “Il-kastig taʼ l-iżball tiegħi hu kbir wisq biex inġorru. 14 Ara! Int, fil-fatt, qed tkeċċini llum minn fuq wiċċ din l-art, u jien se ninħeba minn quddiem wiċċek;+ u jkolli niġġerra+ u naħrab fuq l-art, u żgur li kulmin isibni joqtolni.”+ 15 Għal dan, Ġeħova qallu: “Minħabba f’hekk kulmin joqtol lil Kajjin għandha ssir vendetta minnu sebaʼ darbiet.”+
U għalhekk Ġeħova waqqaf sinjal għal Kajjin sabiex kulmin isibu ma jħebbx għalih u joqtlu.+ 16 U Kajjin telaq minn quddiem wiċċ Ġeħova+ u mar joqgħod f’art il-Maħrub, lejn il-lvant taʼ l-Għeden.
17 Wara dan, Kajjin kellu x’jaqsam maʼ martu+ u din ħarġet tqila u wildet lil Enok. Imbagħad hu bena belt u semmieha b’isem ibnu Enok.+ 18 Iktar tard lil Enok twilidlu Irad. U Irad nissel lil Meħujagħel, Meħujagħel nissel lil Metusagħel, u Metusagħel nissel lil Lamek.
19 U Lamek iżżewweġ żewġ nisa. L-ewwel waħda kien jisimha Għada u t-tieni waħda kien jisimha Silla. 20 U Għada wildet lil Ġabal. Dan kien il-fundatur taʼ dawk li jgħixu fit-tined+ u li għandhom il-bhejjem.+ 21 U ħuh kien jismu Ġubal. Dan kien il-fundatur taʼ dawk kollha li jdoqqu l-arpa+ u l-fifra.+ 22 Silla wkoll wildet lil Tubal-kajjin li kien ħaddied jaħdem kull xorta taʼ għodda tar-ram aħmar u tal-ħadid.+ U oħt Tubal-kajjin kien jisimha Nagħma. 23 B’hekk, Lamek kiteb dan il-kliem għan-nisa tiegħu Għada u Silla:
“Isimgħu leħni, intom in-nisa taʼ Lamek;
Agħtu widen għal dak li se ngħid:
Raġel qtilt talli darabni,
Iva, żagħżugħ talli daqqa tani.
24 Jekk Kajjin għandu jiġi vendikat sebaʼ darbiet,+
Allura Lamek sebgħa u sebgħin darba.”
25 U Adam reġaʼ kellu x’jaqsam maʼ martu, u hi wildet iben li semmietu Set,*+ għaliex, kif qalet hi: “Alla ħatarli nisel ieħor minflok Abel, għax Kajjin qatlu.”+ 26 U lil Set ukoll twilidlu iben u semmieh Enos.+ Dak iż-żmien bdew isejħu l-isem taʼ Ġeħova.+