Rivelazzjoni
13 U waqaf fuq ir-ramel+ tal-baħar.
U rajt bhima salvaġġa+ tielgħa mill-baħar,+ b’għaxart iqrun+ u b’sebat irjus,+ u fuq qrunha kellha għaxar dijademi, u fuq irjusha kellha ismijiet midgħija.+ 2 Issa l-bhima salvaġġa li rajt kienet bħal leopard,+ imma saqajha kienu bħal taʼ ors,+ u ħalqha kien bħal ħalq taʼ ljun.+ U d-dragun+ ta lill-bhima l-qawwa u t-tron tagħha u awtorità kbira.+
3 U rajt waħda minn irjusha qisha midruba għall-mewt, imma l-ferita fatali+ fiqitilha, u l-art kollha marret wara l-bhima salvaġġa b’ammirazzjoni. 4 U taw qima lid-dragun għax kien ta l-awtorità lill-bhima salvaġġa, u taw qima lill-bhima salvaġġa bil-kliem: “Min hu bħall-bhima salvaġġa, u min jistaʼ jitqabad magħha?” 5 U ngħatalha fomm li jgħid kliem taʼ kburija+ u taʼ dagħa,+ u ngħatatilha awtorità biex taġixxi għal tnejn u erbgħin xahar.+ 6 U fetħet fommha biex tidgħi kontra Alla,+ biex tidgħi b’ismu u bil-post fejn jgħammar, u anki b’dawk li jgħammru fis-sema.+ 7 U ngħatalha+ li tiggwerra kontra l-qaddisin u tirbħilhom,+ u ngħatatilha awtorità fuq kull tribù u poplu u lsien u ġens. 8 U dawk kollha li jgħammru fuq l-art iqimuha; ħadd minnhom, sa mit-tisjis tad-dinja,+ m’għandu ismu miktub fir-romblu+ tal-ħajja tal-Ħaruf li nqatel.+
9 Min għandu widnejn, ħa jismaʼ.+ 10 Min għandu jmur fil-jasar, fil-jasar imur.+ Min joqtol bis-sejf, bis-sejf irid jinqatel.+ Hawn hu fejn il-qaddisin+ jeħtieġu s-sabar+ u l-fidi.+
11 U rajt bhima salvaġġa+ oħra tielgħa mill-art,+ u kellha żewġt iqrun bħal ħaruf, imma bdiet titkellem bħal dragun.+ 12 U kienet teżerċita l-awtorità kollha taʼ l-ewwel bhima salvaġġa+ quddiemha stess. U ġiegħlet lill-art u lil dawk li jgħammru fiha jqimu lill-ewwel bhima salvaġġa li l-ferita fatali tagħha fiqitilha.+ 13 U kienet twettaq sinjali kbar,+ biex saħansitra ġġiegħel in-nar jinżel mis-sema għal fuq l-art quddiem għajnejn il-bnedmin.
14 U kienet tqarraq b’dawk li jgħammru fuq l-art, minħabba s-sinjali li ngħatat biex twettaq quddiem il-bhima salvaġġa, waqt li tgħid lil dawk li jgħammru fuq l-art biex jagħmlu xbieha+ tal-bhima salvaġġa li kellha l-ferita tas-sejf+ iżda stejqret. 15 U ngħatalha li tagħti n-nifs lix-xbieha tal-bhima salvaġġa, sabiex ix-xbieha tal-bhima salvaġġa titkellem u ġġiegħel li jinqatel kulmin ma jkunx irid iqim lix-xbieha+ tal-bhima salvaġġa.
16 U ġiegħlet li l-bnedmin kollha,+ iż-żgħar u l-kbar, l-għonja u l-foqra, u l-ħelsin u l-ilsiera, issirilhom marka f’idhom il-leminija jew fuq ġbinhom,+ 17 u biex ħadd ma jkun jistaʼ jixtri jew ibigħ ħlief min ikollu l-marka, isem+ il-bhima salvaġġa jew in-numru taʼ isimha.+ 18 Hawn jidħol l-għerf: Min għandu l-intelliġenza ħa jikkalkula n-numru tal-bhima salvaġġa, għax hu n-numru taʼ bniedem;+ u n-numru tagħha hu sitt mija u sitta u sittin.+