Ġenesi
21 U Ġeħova dawwar l-attenzjoni tiegħu lejn Sara bħalma kien qal, u Ġeħova lil Sara għamlilha bħalma kien tkellem.+ 2 U Sara ħarġet tqila+ u mbagħad wildet iben lil Abraham fi xjuħitu, fiż-żmien stabbilit li kien qallu Alla.+ 3 Għaldaqstant, Abraham semmieh Iżakk+ lil ibnu li kien twilidlu, li kienet wilditlu Sara. 4 U Abraham għamel iċ-ċirkonċiżjoni lil ibnu Iżakk meta dan kellu tmint ijiem, bħalma kien ordnalu Alla.+ 5 U Abraham kellu mitt sena meta twilidlu ibnu Iżakk. 6 U Sara qalet: “Alla ġegħelni nidħaq bil-ferħ: kulmin jismaʼ b’dan jidħaq flimkien miegħi.”+ 7 U żiedet: “Min kellu jgħidlu lil Abraham, ‘Sara se treddaʼ t-tfal,’ meta fil-fatt jien ulidtlu iben fi xjuħitu?”
8 Issa t-tifel kompla jikber u qataʼ l-ħalib;+ u Abraham ħejja festa kbira dakinhar li Iżakk qataʼ l-ħalib. 9 U Sara bdiet tinnota lil bin Ħagar l-Eġizzjana,+ dak li kienet wildet lil Abraham, iwaqqaʼ għaċ-ċajt lil Iżakk.+ 10 Għalhekk, bdiet tgħid lil Abraham: “Keċċihom ’il barra lil din l-ilsira u lil binha, għax bin din l-ilsira mhux se jkun werriet maʼ ibni, maʼ Iżakk!”+ 11 Imma din il-ħaġa m’għoġbitu xejn lil Abraham rigward ibnu.+ 12 Imbagħad Alla qal lil Abraham: “Tħallihx idejqek dak li qed tgħidlek Sara dwar it-tifel u dwar l-ilsira tiegħek. Ismaʼ minn kliemha, għaliex hu permezz taʼ Iżakk li se jiġi dak li jissejjaħ nislek.+ 13 U inkwantu għal bin l-ilsira,+ jien se nagħmlu wkoll ġens, għaliex hu ibnek.”+
14 Għalhekk, Abraham qam kmieni fil-għodu u ħa l-ħobż u flixkun tal-ġild bl-ilma u tahom lil Ħagar,+ u qegħedhomlha fuq spallitha, u taha wkoll it-tifel,+ u bagħatha. U hi telqet u qagħdet tiġġerra fix-xagħri taʼ Bir-xeba.+ 15 Fl-aħħar spiċċa l-ilma+ li kien hemm fil-flixkun tal-ġild u hi ħalliet+ lit-tifel taħt waħda mis-siġar. 16 Imbagħad marret u qagħdet bil-qiegħda waħedha, daqs tefgħa taʼ qaws ’il bogħod, għax qalet: “Ma rridx narah imut lit-tifel.”+ Għalhekk, qagħdet bil-qiegħda ftit ’il bogħod u bdiet tgħolli leħinha u tibki.+
17 U Alla semaʼ leħen it-tifel,+ u l-anġlu t’Alla sejjaħ lil Ħagar mis-smewwiet u qalilha:+ “Xi ġralek, Ħagar? Tibżax, għax Alla semaʼ leħen it-tifel minfejn kien mimdud. 18 Qum, qajjem lit-tifel u żommu sew b’idek, għax se nagħmlu ġens kbir.”+ 19 Imbagħad Alla fetħilha għajnejha u lemħet bir bl-ilma;+ u marret u mliet il-flixkun tal-ġild bl-ilma u tat jixrob lit-tifel. 20 U Alla kien mat-tifel,+ u dan baqaʼ jikber u jgħammar fix-xagħri; u sar arċier.+ 21 U beda jgħammar fix-xagħri taʼ Faran,+ u ommu kisbitlu mara mill-art taʼ l-Eġittu.
22 Issa ġara dak iż-żmien li Abimelek flimkien maʼ Fikol, il-kap taʼ l-armata tiegħu, qalu lil Abraham: “Alla hu miegħek f’kulma qed tagħmel.+ 23 Mela issa aħlifli hawn b’Alla+ li ma timxix bil-qerq miegħi u maʼ wliedi u mad-dixxendenti tiegħi;+ li, skond l-imħabba leali li biha aġixxejt miegħek,+ hekk int taġixxi miegħi u maʼ l-art li kont qed tgħix fiha bħala barrani.”+ 24 Għalhekk, Abraham qal: “Naħlef.”+
25 Meta Abraham ikkritika bl-aħrax lil Abimelek minħabba l-bir taʼ l-ilma li l-qaddejja t’Abimelek kienu ħadu bil-forza,+ 26 Abimelek qal: “Ma nafx min għamilha din il-ħaġa, u lanqas int m’għedtli biha, u jien ma smajtx biha ħlief illum.”+ 27 U Abraham ħa nagħaġ u baqar u tahom lil Abimelek,+ u t-tnejn għamlu patt bejniethom.+ 28 Meta Abraham qiegħed sebat iħrief nisa mill-merħla għalihom, 29 Abimelek staqsa lil Abraham: “Xi jfissru dawn is-sebat iħrief nisa li int qegħedt għalihom?” 30 Dan wieġbu: “Trid taċċetta s-sebat iħrief nisa minn idi, biex dan iservi bħala xiehda+ għalija li jien ħaffirtu dan il-bir.” 31 Huwa għalhekk li dan il-post semmieh Bir-xeba,*+ għaliex hemmhekk kienu ħalfu t-tnejn li huma. 32 Għalhekk, għamlu patt+ f’Bir-xeba, u mbagħad Abimelek qam flimkien maʼ Fikol, il-kap taʼ l-armata tiegħu, u marru lura lejn art il-Filistin.+ 33 U Abraham ħawwel siġra tat-tamarisk f’Bir-xeba u hemmhekk sejjaħ isem Ġeħova,+ l-Alla li jibqaʼ għal dejjem.*+ 34 U Abraham kompla jgħix bħala barrani f’art il-Filistin għal ħafna żmien.+