Numri
21 Issa l-Kangħani, is-sultan t’Għarad,+ li kien jgħammar fin-Negeb,+ semaʼ li Israel kien ġie mit-triq li tagħti għal Atarim, u beda jiġġieled kontra Israel u ġarr ftit minnhom bħala lsiera. 2 Minħabba f’hekk, Israel għamel wegħda lil Ġeħova u qallu:+ “Jekk int bla dubju tagħtini f’idi lil dan il-poplu, jien ukoll se neqred* il-bliet tagħhom.”+ 3 Għalhekk, Ġeħova semaʼ leħen Israel u tah f’idejh il-Kangħanin; u huma qerdu lilhom u l-bliet tagħhom. Għaldaqstant, dan il-post semmewh Ħorma.*+
4 Waqt li komplew jivvjaġġaw mill-Muntanja Ħor+ u għaddew mit-triq li tagħti għall-Baħar l-Aħmar biex iduru maʼ l-art t’Edom,+ il-poplu beda jegħja minħabba t-triq. 5 U l-poplu beda jgħid kontra Alla+ u Mosè:+ “Għala tellajtuna mill-Eġittu biex immutu fix-xagħri?+ Għax la hawn ħobż u lanqas ilma,+ u ruħna xebgħet mill-ħobż taʼ min jistmerru.”+ 6 Għalhekk, Ġeħova bagħat sriep velenużi+ fost il-poplu, u dawn gidmu lin-nies, u b’hekk mietu ħafna min-nies taʼ Israel.+
7 Fl-aħħar, in-nies ġew għand Mosè u qalulu: “Aħna dnibna,+ għaliex tkellimna kontra Ġeħova u kontrik. Idħol għalina quddiem Ġeħova biex ineħħi s-sriep minn fuqna.”+ U Mosè talab għan-nies.+ 8 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Agħmel xbieha taʼ serp velenuż* u poġġiha fuq arblu fejn tidher. U jiġri li meta xi ħadd jingidem, irid iħares lejha u jibqaʼ ħaj.”+ 9 Mosè minnufih għamel serp tar-ram aħmar+ u poġġieh fuq l-arblu fejn jidher;+ u ġara li meta serp kien jigdem lil xi ħadd u dan iħares+ lejn is-serp tar-ram aħmar, imbagħad kien jibqaʼ ħaj.+
10 Wara dan, ulied Israel telqu u kkampjaw f’Obot.+ 11 Imbagħad telqu minn Obot u kkampjaw f’Ijje-għabarim,+ fix-xagħri li qiegħed biswit Mowab, lejn tlugħ ix-xemx. 12 Minn hemmhekk telqu u kkampjaw ħdejn il-wied* taʼ Żered.+ 13 Minn hemmhekk telqu u kkampjaw fir-reġjun taʼ l-Arnon,+ li qiegħed fix-xagħri li jinfirex mill-fruntiera taʼ l-Amurrin; għax l-Arnon hu l-fruntiera taʼ Mowab, bejn Mowab u l-Amurrin. 14 Huwa għalhekk li fi ktieb il-Gwerer taʼ Ġeħova jingħad:
“Waħeb f’Sufa u l-widien taʼ l-Arnon, 15 u fomm il-widien, li jxaqleb lejn il-post fejn hemm Ar+ u jmiss mal-fruntiera taʼ Mowab.”
16 Imbagħad minn hemmhekk marru Bir.+ Dan hu l-bir li dwaru Ġeħova qal lil Mosè: “Iġmaʼ l-poplu ħa nagħtih l-ilma.”+
18 Bir, il-prinċpijiet ħaffruh. In-nobbli tal-poplu fetħuh,
B’ħatar taʼ kmandant,+ bl-oħtra tagħhom stess.”
Imbagħad mix-xagħri rħewlha għal Mattana. 19 U minn Mattana għal Naħaljel, u minn Naħaljel għal Bamot.+ 20 U minn Bamot għall-wied li qiegħed fit-territorju taʼ Mowab,+ f’ras il-Pisga,+ li toħroġ ’il barra u tagħti għal fuq il-wiċċ tal-Ġesimon.*+
21 Israel issa bagħat xi messaġġiera għand Siħon,+ is-sultan taʼ l-Amurrin, li qalulu: 22 “Ħa ngħaddi minn ġo artek. M’aħniex se nduru u nidħlu f’xi għalqa jew qasam tad-dwieli. M’aħna se nixorbu l-ilma minn ebda bir. Minn triq is-sultan se ngħaddu sakemm ngħaddu minn ġot-territorju tiegħek.”+ 23 U Siħon ma ħalliex lil Israel jgħaddi minn ġot-territorju tiegħu,+ imma Siħon ġabar lin-nies kollha tiegħu u ħareġ jiltaqaʼ maʼ Israel fix-xagħri, u wasal Ġaħas+ u beda jiġġieled kontra Israel. 24 U Israel darbu b’xifer is-sejf+ u ħa f’idejh l-art tiegħu+ mill-Arnon+ sal-Ġabbok,+ ħdejn ulied Amon; għaliex Ġagħżer+ hi l-fruntiera taʼ wlied Għammon.+
25 Għalhekk, Israel ħa dawn il-bliet kollha, u Israel beda jgħammar fil-bliet kollha taʼ l-Amurrin,+ f’Ħesbon+ u l-bliet kollha li jiddependu minnha. 26 Għax Ħesbon kienet il-belt taʼ Siħon.+ Dan kien is-sultan taʼ l-Amurrin,+ u kien hu li qabel iġġieled kontra s-sultan taʼ Mowab u ħadlu minn idu l-art kollha sa l-Arnon.+ 27 Huwa għalhekk li dawk li jqabblu l-versi jgħidu b’ironija:
“Ejjew Ħesbon.
Ħa tinbena l-belt taʼ Siħon u ħa titwaqqaf fis-sod.
28 Għax ħareġ nar minn Ħesbon,+ ilsien tan-nar mill-belt taʼ Siħon.
Qered lil Ar+ taʼ Mowab, is-sidien tal-postijiet għall-qima* taʼ l-Arnon.
29 Gwaj għalik, Mowab! Int żgur tgħib, O poplu taʼ Kemos!+
Żgur li hu se jagħti lil uliedu subien bħala maħrubin u lil uliedu bniet bħala lsiera taʼ Siħon, is-sultan taʼ l-Amurrin.
30 Għalhekk, ejjew nisparawlhom.
Ħesbon żgur tgħib sa Dibon,+
In-nisa sa Nofa, l-irġiel sa Medeba.”+
31 U Israel beda jgħammar fl-art taʼ l-Amurrin.+ 32 Imbagħad Mosè bagħat lil xi wħud jitkixxfu l-belt taʼ Ġagħżer.+ Għalhekk, dawn ħadu taħt idejhom il-bliet li jiddependu minnha u ħadu l-proprjetà taʼ l-Amurrin li kienu hemmhekk.+ 33 Imbagħad daru u telgħu mit-triq li tagħti għall-Basan.+ U Għog,+ is-sultan tal-Basan, ħareġ jiltaqaʼ magħhom, hu u l-poplu kollu tiegħu, għall-battalja t’Edrej.+ 34 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Tibżax minnu,+ għax żgur li se nagħtihulek f’idejk, lilu u lill-poplu kollu tiegħu u lil artu;+ u int agħmillu sewwasew bħalma għamilt lil Siħon, is-sultan taʼ l-Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon.”+ 35 Għalhekk, l-Israelin darbu lilu u lil uliedu u lill-poplu kollu tiegħu, sakemm ma kien baqagħlu lanqas bniedem wieħed ħaj;+ u ħadu f’idejhom l-art tiegħu.+