Neħemija
3 U Eljasib+ il-qassis il-kbir u ħutu, il-qassisin, qamu u bnew Bieb in-Nagħaġ.+ Huma qaddsu din il-parti+ u waħħlulha l-bibien; u qaddsuha sat-Torri tal-Mija,+ u sat-Torri taʼ Ħananel.+ 2 U maġenbhom l-irġiel taʼ Ġeriko+ ħadu sehem fix-xogħol tal-bini. U maġenbhom Żakkur bin Imri ħa sehem fix-xogħol tal-bini.
3 U wlied Ħassena bnew Bieb il-Ħut;+ għamlulu l-qafas taʼ l-injam+ u mbagħad waħħlulu l-bibien,+ il-firrolli u l-istaneg tiegħu.+ 4 U maġenbhom Meremot,+ bin Urijah,+ bin Ħakkos, għamel xogħol taʼ tiswija, u maġenbhom Mesullam,+ bin Berekija, bin Meseżabel, għamel xogħol taʼ tiswija; u maġenbhom Sadok bin Bagħna għamel xogħol taʼ tiswija. 5 U maġenbhom it-Tekogħin+ għamlu xogħol taʼ tiswija; imma l-kbarat tagħhom+ ma ssottomettewx ruħhom għas-servizz tas-sidien tagħhom.
6 U Ġojada bin Pasegħa u Mesullam bin Besodija sewwew Bieb il-Belt il-Qadima;+ għamlulu l-qafas taʼ l-injam u mbagħad waħħlulu l-bibien, il-firrolli u l-istaneg tiegħu.+ 7 U maġenbhom Melatija l-Gibegħoni+ u Ġadon il-Meronoti+ għamlu xogħol taʼ tiswija, irġiel minn Gibegħon+ u Mispa,+ li kienu taħt it-tron tal-gvernatur+ lil hinn mix-Xmara.+ 8 Maġenbhom Użżijel bin Ħarħaja, wieħed minn dawk li jaħdmu d-deheb,+ għamel xogħol taʼ tiswija; u maġenbu Ħananija, wieħed minn dawk li jħalltu l-ingwenti,+ għamel xogħol taʼ tiswija; u waħħlu ċ-ċangaturi f’Ġerusalemm sas-Sur il-Wiesaʼ.+ 9 U maġenbhom Refaja bin Ħur, prinċep taʼ nofs id-distrett taʼ Ġerusalemm, għamel xogħol taʼ tiswija. 10 U maġenbhom Ġedaja bin Ħarumaf għamel xogħol taʼ tiswija quddiem daru stess;+ u maġenbu Ħattus bin Ħasabneja għamel xogħol taʼ tiswija.
11 Malkija bin Ħarim+ u Ħassub bin Paħat-mowab+ sewwew parti oħra tas-sur, u wkoll it-Torri taʼ l-Ifran.+ 12 U maġenbhom Sallum bin Ħalloħes, prinċep+ taʼ nofs id-distrett taʼ Ġerusalemm, għamel xogħol taʼ tiswija, hu u wliedu bniet.
13 Ħanun u n-nies taʼ Żanogħa+ sewwew Bieb il-Wied;+ bnewh u mbagħad waħħlulu l-bibien,+ il-firrolli+ u l-istaneg tiegħu,+ kif ukoll bnew elf kubitu tas-sur sa Bieb l-Irmied.+ 14 U Malkija bin Rekab, prinċep tad-distrett taʼ Bet-ħakkerem,+ sewwa Bieb l-Irmied; bnieh u waħħallu l-bibien, il-firrolli u l-istaneg tiegħu.
15 U Sallun bin Kolħoże, prinċep tad-distrett taʼ Mispa,+ sewwa Bieb l-Għajn;+ bnieh u saqqfu u waħħallu l-bibien,+ il-firrolli u l-istaneg tiegħu, u bena wkoll is-sur taʼ l-Għadira+ tal-Kanal lejn il-Ġnien tas-Sultan+ u sat-Taraġ+ li jinżel mill-Belt taʼ David.+
16 Warajh Neħemija bin Għażbuk, prinċep taʼ nofs id-distrett taʼ Bet-sur,+ għamel xogħol taʼ tiswija sa quddiem l-Oqbra+ taʼ David u sa l-għadira+ artifiċjali u sad-Dar tas-Setgħanin.+
17 Warajh il-Leviti+ għamlu xogħol taʼ tiswija, taħt Reħum bin Bani;+ maġenbu Ħasabija, prinċep taʼ nofs id-distrett taʼ Kejla,+ għamel xogħol taʼ tiswija għad-distrett tiegħu. 18 Warajh ħuthom għamlu xogħol taʼ tiswija, taħt Bawwaj bin Ħenadad, prinċep taʼ nofs id-distrett taʼ Kejla.
19 U Għeżer bin Ġeswa,+ prinċep taʼ Mispa,+ kien maġenbu jsewwi parti oħra quddiem it-telgħa għall-Armerija fix-Xewka tas-Sur.+
20 Warajh Baruk bin Żabbaj+ ħadem bil-ħeġġa+ u sewwa parti oħra, mix-Xewka tas-Sur sad-daħla tad-dar t’Eljasib+ il-qassis il-kbir.
21 Warajh Meremot, bin Urijah,+ bin Ħakkos, sewwa parti oħra, mid-daħla tad-dar t’Eljasib sat-tarf tad-dar t’Eljasib.
22 U warajh il-qassisin, irġiel mid-Distrett tal-Ġordan,+ għamlu xogħol taʼ tiswija. 23 Warajhom Benjamin u Ħassub għamlu xogħol taʼ tiswija quddiem darhom stess. Warajhom Għażarija, bin Magħseja, bin Għananija, għamel xogħol taʼ tiswija qrib daru stess. 24 Warajh Binnuwi bin Ħenadad sewwa parti oħra, mid-dar t’Għażarija sax-Xewka tas-Sur+ u sal-kantuniera.
25 Warajh Palal bin Użaj għamel xogħol taʼ tiswija quddiem ix-Xewka tas-Sur u t-torri li joħroġ mid-Dar tas-Sultan,+ il-bini taʼ fuq li jappartjeni lill-Bitħa taʼ l-Għassa.+ Warajh kien hemm Pedaja bin Pargħos.+
26 U n-Netinin*+ kienu jgħammru f’Għofel;+ huma għamlu xogħol taʼ tiswija sa quddiem Bieb l-Ilma+ fil-lvant u t-torri li ħiereġ ’il barra.
27 Warajhom it-Tekogħin+ sewwew parti oħra, minn quddiem it-torri l-kbir, li ħiereġ ’il barra, sal-ħajt t’Għofel.
28 Il-qassisin bdew jagħmlu xogħol taʼ tiswija minn fuq Bieb iż-Żwiemel,+ kull wieħed quddiem daru stess.
29 Warajhom Sadok+ bin Immer għamel xogħol taʼ tiswija quddiem daru stess.
U warajh Semajja bin Sekanija, l-għassies taʼ Bieb il-Lvant,+ għamel xogħol taʼ tiswija.
30 Warajh Ħananija bin Selemija u Ħanun is-sitt iben taʼ Salaf sewwew parti oħra.
Warajh Mesullam+ bin Berekija għamel xogħol taʼ tiswija quddiem is-sala tiegħu stess.+
31 Warajh Malkija, membru taʼ l-assoċjazzjoni taʼ dawk li jaħdmu d-deheb,+ għamel xogħol taʼ tiswija sad-dar tan-Netinin+ u tan-negozjanti,+ quddiem Bieb l-Ispezzjoni u sa l-għorfa tal-kantuniera.
32 U bejn l-għorfa tal-kantuniera u Bieb in-Nagħaġ+ sar xogħol taʼ tiswija minn dawk li jaħdmu d-deheb u n-negozjanti.