Lid-direttur. “Tagħmilx ħerba.” Melodija. T’Asaf.+ Għanja.
75 Irroddulek ħajr, O Alla; irroddulek ħajr,+
U qrib hu ismek.+
Il-bnedmin ikollhom jiddikjaraw l-għemejjel tiegħek taʼ l-għaġeb.+
2 “Għax jien għażilt żmien stabbilit;+
U bdejt niġġudika b’mod rett.+
3 L-art u l-abitanti kollha tagħha bdew idubu bil-biżaʼ,+
U kont jien li rranġajtilha l-pilastri.”+ Sela.
4 Lill-boloh għedtilhom: “Tkunux boloh,”+
U lil dawk mill-agħar: “Tgħollux il-qarn.+
5 Tgħollux il-qarn tagħkom fl-għoli.
Titkellmux b’mod arroganti.+
6 Għax la mil-lvant, la mill-punent,
U lanqas min-nofsinhar ma se titgħollew.
7 Għax Alla hu l-imħallef.+
Lil dan ibaxxih, u lil dak jgħollih.+
8 Għax f’id Ġeħova hemm kies,+
U l-inbid qed jagħmel ir-ragħwa, u t-taħlita tiegħu qawwija.
U żgur li sat-tartru se jferraʼ minnu;
Il-ħżiena kollha taʼ l-art se jixorbuh, se jniżżluh sa l-inqas qatra.”+
9 Imma min-naħa tiegħi, jien se nitkellem dwar dan għal dejjem;
Se ngħanni lill-Alla taʼ Ġakobb.+
10 “Il-qrun kollha tal-ħżiena nqaċċathom.”+
Imma l-qrun tal-ġust jitgħollew.+