Isaija
66 Hekk qal Ġeħova: “Is-smewwiet it-tron tiegħi,+ u l-art il-banketta għal saqajja.+ Allura, fejn hi d-dar li tistgħu tibnuli,+ u fejn hu l-post taʼ mistrieħ għalija?”+
2 “Issa dan kollu idi għamlitu, u b’hekk sar dan kollu,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. “Mela, lejn dan se nħares, lejn min qed isofri u li għandu spirtu sogħbien+ u li qed jitriegħed għall-kelma tiegħi.+
3 “Min qed joqtol barri hu bħal min qed joqtol raġel.+ Min qed jissagrifika nagħġa bħal min qed jikser għonq kelb.+ Min qed joffri għotja bħal min qed joffri d-demm taʼ ħanżir.+ Min qed jippreżenta inċens abjad b’tifkira+ hu bħal min qed ilissen barka bi kliem maġiku.+ Dawn huma wkoll in-nies li għażlu triqathom stess, u li ruħhom tgħaxxqet bl-affarijiet moqżieża tagħhom.+ 4 Min-naħa tiegħi, jien se nagħżel modi kif nittrattahom ħażin;+ u nġib fuqhom l-affarijiet li jibżgħu minnhom;+ talli jien sejjaħt, imma ħadd ma wieġeb; tkellimt, imma ħadd ma semaʼ;+ u baqgħu jagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejja, u għażlu dak li jien ma tgħaxxaqtx bih.”+
5 Isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova, intom li qed titriegħdu għall-kelma tiegħu:+ “Ħutkom li jobogħdukom,+ li qed iwarrbukom minħabba ismi,+ qalu, ‘Jalla Ġeħova jkun glorifikat!’+ U hu jrid jidher u jkun hemm il-ferħ min-naħa tagħkom,+ u huma se jiġu mġegħlin jistħu.”+
6 Ġej il-ħoss t’għagħa mill-belt, ħoss minn ġot-tempju!+ Huwa l-ħoss taʼ Ġeħova jrodd lura dak li hu mistħoqq lill-għedewwa tiegħu.+
7 Qabel ma bdielha l-uġigħ tal-ħlas hi wildet.+ Qabel ma tawha l-weġgħat tal-ħlas, hi ħelset u kellha tifel.+ 8 Min semaʼ b’ħaġa bħal din?+ Min ra affarijiet bħal dawn?+ Sejra art+ tinġieb bl-uġigħ tal-ħlas f’jum wieħed?+ Jew sejjer ġens+ jitwieled f’darba waħda?+ Għax lil Sijon bdielha l-uġigħ tal-ħlas kif ukoll wildet lil uliedha.
9 “Min-naħa tiegħi, sejjer jien niftaħ il-ġuf u mbagħad ma nikkaġunax it-twelid?”+ jgħid Ġeħova. “Jew sejjer nikkaġuna t-twelid u mbagħad nagħlaq il-ġuf?” qal Alla tiegħek.
10 Ifirħu b’Ġerusalemm u thennew biha,+ intom ilkoll li tħobbuha.+ Tiru bil-ferħ minħabba fiha, intom ilkoll li qed titnikktu għaliha;+ 11 għax se terdgħu u timtlew mis-sider li bih tikkonslakom bis-sħiħ; għax se tixorbu u titgħaxxqu ferm minn ras is-sider tal-glorja tagħha.+ 12 Għax hekk qal Ġeħova: “Ara, se nagħtiha l-paċi bħal xmara+ u l-glorja tal-ġnus bħal wied mimli ilma,+ u intom se terdgħu.+ Tinġarru fuq il-ġenbejn, u fuq l-irkopptejn tiġu mmellsin.+ 13 Bħal raġel li ommu tibqaʼ tfarrġu, hekk nibqaʼ nfarraġkom jien;+ u minħabba Ġerusalemm intom se tiġu mfarrġin.+ 14 U se taraw, u qalbkom ikollha għalxiex tifraħ,+ u għadamkom+ jinbet bħall-ħaxix tari.+ U l-qaddejja taʼ Ġeħova se jagħrfu idu,+ imma lill-għedewwa tiegħu hu jikkundannahom.”+
15 “Għax, ara, Ġeħova jiġi bħal nar,+ u l-karrijiet tiegħu huma bħal riħ taʼ tempesta,+ sabiex ipatti bir-rabja u l-korla tiegħu u bil-fjammi tan-nar taċ-ċanfir tiegħu.+ 16 Għax fil-fatt Ġeħova, bħal nar, se jwettaq ġudizzju, iva, b’sejfu,+ kontra l-bnedmin kollha; u l-maqtulin taʼ Ġeħova se jkunu ħafna.+ 17 Dawk li jitqaddsu u jitnaddfu biex imorru fil-ġonna+ wara idolu fin-nofs, jieklu l-laħam tal-ħanżir+ u l-ħaġa moqżieża, il-far,+ ilkoll kemm huma se jaslu fi tmiemhom,” hija l-kelma taʼ Ġeħova. 18 “U billi naf l-għemejjel tagħhom+ u ħsibijiethom,+ jien ġej biex niġbor flimkien lill-ġnus u l-ilsna kollha;+ u se jkollhom jiġu u jaraw il-glorja tiegħi.”+
19 “U nqiegħed fosthom sinjal,+ u nibgħat lil xi wħud minn dawk li ħarbu lejn il-ġnus,+ lejn Tarsis,+ Pul, u Lud,+ dawk li jiġbdu l-qaws, Tubal u Ġawan,+ il-gżejjer ’il bogħod,+ li la semgħu dwari u lanqas raw il-glorja tiegħi;+ u huma ċertament li se jgħidu dwar il-glorja tiegħi fost il-ġnus.+ 20 U joħorġu lil ħutkom kollha minn ġol-ġnus+ bħala għotja lil Ġeħova,+ fuq iż-żwiemel u fil-karrijiet u fil-karrijiet mgħottijin u fuq il-bgħula u fuq l-iġmla nisa ħfief,+ lejn il-muntanja qaddisa tiegħi,+ Ġerusalemm,” qal Ġeħova, “bħal meta wlied Israel iġibu l-għotja f’reċipjent nadif fid-dar taʼ Ġeħova.”+
21 “U minnhom nieħu wkoll xi wħud bħala qassisin, għal-Leviti,” qal Ġeħova.
22 “Għax bħalma s-smewwiet ġodda+ u l-art ġdida+ li qed nagħmel huma weqfin quddiemi,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “hekk ukoll nisilkom+ u isimkom se jibqgħu weqfin.”+
23 “U jseħħ li minn qamar ġdid sa qamar ġdid u minn Sabat sa Sabat il-bnedmin kollha se jiġu u jmilu quddiemi,”+ qal Ġeħova. 24 “U joħorġu u jħarsu lejn l-iġsma mejtin tan-nies li kienu qed jiksru l-liġi kontrija;+ għax id-dud taʼ fuqhom ma jmutx u n-nar tagħhom ma jintefiex,+ u jridu jsiru xi ħaġa li tqallaʼ lil kulħadd.”+