Filippin
4 Għaldaqstant, ħuti maħbubin u mixtiqin, il-ferħ u l-kuruna tiegħi,+ żommu sod+ b’dan il-mod fil-Mulej, maħbubin tiegħi.
2 Inħeġġeġ lil Evodja u nħeġġeġ lil Sintike biex ikunu taʼ l-istess fehma+ fil-Mulej. 3 Iva, nitolbok biex anki int, sieħbi ġenwin fil-madmad,+ tibqaʼ tgħin lil dawn in-nisa li tħabtu spalla maʼ spalla miegħi+ fl-aħbar tajba flimkien maʼ Klement kif ukoll mal-bqija tal-ħaddiema sħabi,+ li isimhom+ qiegħed fil-ktieb tal-ħajja.+
4 Ifirħu dejjem fil-Mulej.+ Nerġaʼ ngħidilkom, Ifirħu!+ 5 Ħa jkun jaf kulħadd kemm intom raġunevoli.+ Il-Mulej hu qrib.+ 6 Tkunu ansjużi fuq xejn,+ imma f’kollox b’talb u b’suppliki*+ flimkien maʼ radd il-ħajr ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu;+ 7 u l-paċi+ t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbkom+ u l-qawwa mentali tagħkom permezz taʼ Kristu Ġesù.
8 Mill-bqija, ħuti, kulma hu veru, kulma hu serju, kulma hu ġust, kulma hu safi,+ kulma jqanqal l-imħabba, kulma hu taʼ fama tajba, kull virtù, u kull ħaġa li jistħoqqilha tifħir, fuq dawn l-affarijiet komplu aħsbu.+ 9 L-affarijiet li tgħallimtu kif ukoll aċċettajtu u smajtu mingħandi u dak kollu li rajtu fija, ipprattikawhom;+ u l-Alla tal-paċi+ jkun magħkom.
10 Jien nifraħ ħafna fil-Mulej li issa fl-aħħar erġajtu ħadtu ħsiebi,+ għax naf li kontu qed taħsbu dwar dan, imma ma kellkomx l-opportunità. 11 M’iniex ngħid li jonqosni xi ħaġa, għax tgħallimt inkun kuntent b’dak li jkolli f’kull ċirkustanza li nsib ruħi fiha.+ 12 Naf tassew kif ikolli ftit,+ u naf ukoll kif ikolli ħafna. F’kollox u f’kull ċirkustanza tgħallimt is-sigriet taʼ kif inkun xebgħan u kif inkun bil-ġuħ, kif ikolli bl-abbundanza u kif inkun fil-bżonn.+ 13 Għal kollox għandi s-saħħa permezz taʼ dak li jagħtini l-qawwa.+
14 Minkejja dan, għamiltu sew li ħadtu sehem miegħi+ fit-tribulazzjoni tiegħi.+ 15 Fil-fatt, intom tafu wkoll, Filippin, li meta bdejt niddikjara l-aħbar tajba, meta tlaqt mill-Maċedonja,* l-ebda kongregazzjoni oħra ħliefkom ma ħadet sehem miegħi biex tagħti u tieħu;+ 16 għax, anki f’Tessalonika, bgħattuli xi ħaġa għall-bżonn tiegħi mhux darba imma darbtejn. 17 Mhux għax jien ħerqan biex naqlaʼ xi ħaġa,+ imma ħerqan għall-frott+ li jżid l-investiment mal-kont tagħkom. 18 Madankollu, għandi minn kollox u bl-abbundanza. Għandi bix-xabaʼ, issa li rċivejt mingħand Epafroditu+ l-affarijiet li bgħattuli, riħa tfuħ,+ sagrifiċċju aċċettabbli,+ li jogħġob lil Alla. 19 Mill-banda l-oħra, Alla tiegħi+ se jipprovdilkom bis-sħiħ kulma għandkom bżonn+ fi qbil mar-rikkezzi tiegħu+ fil-glorja permezz taʼ Kristu Ġesù. 20 Issa lil Alla tagħna u Missierna tkun il-glorja għal dejjem taʼ dejjem.+ Amen.
21 Selluli+ għal kull qaddis li hu f’unjoni+ maʼ Kristu Ġesù. L-aħwa li hawn miegħi jibagħtulkom it-tislijiet tagħhom. 22 Il-qaddisin kollha, imma speċjalment dawk tad-dar taʼ Ċesari, jibagħtu jsellu għalikom.+
23 Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-Mulej Ġesù Kristu tkun maʼ l-ispirtu li turu.+