Filippin
3 Fl-aħħarnett, ħuti, komplu ifirħu fil-Mulej.+ M’huwiex taʼ dwejjaq għalija li niktbilkom l-istess affarijiet, imma hu taʼ protezzjoni għalikom.
2 Oqogħdu attenti mill-klieb,+ oqogħdu attenti minn dawk li jagħmlu l-ħsara, oqogħdu attenti minn dawk li jqattgħu l-ġisem.+ 3 Għax aħna dawk li għandhom iċ-ċirkonċiżjoni vera,+ li qed nagħtu servizz sagru bl-ispirtu+ t’Alla u li aħna kburin bi Kristu Ġesù+ u m’għandniex il-fiduċja tagħna fil-laħam,+ 4 għalkemm, jekk hemm xi ħadd li għandu għalxiex ikollu fiduċja wkoll fil-laħam, dan huwa jien.
Jekk xi bniedem ieħor jaħseb li għandu għalxiex ikollu fiduċja fil-laħam, jien iktar minnu:+ 5 ċirkonċiż fit-tmien jum,+ imnissel mir-razza taʼ Israel, mit-tribù taʼ Benjamin,+ imwieled Ebrew minn ġenituri Ebrej;+ inkwantu għal-liġi, Fariżew;+ 6 inkwantu għaż-żelu, kont nippersegwita lill-kongregazzjoni;+ inkwantu għall-ġustizzja li hi permezz tal-liġi, urejt bil-provi li kont bla ħtija. 7 Iżda l-affarijiet li kienu qligħ għalija, qisthom bħala telf minħabba l-Kristu.+ 8 Mhux talli hekk, imma talli jien tabilħaqq inqis ukoll kollox bħala telf minħabba l-valur imprezzabbli taʼ l-għarfien dwar Kristu Ġesù l-Mulej tiegħi.+ Minħabba fih aċċettajt li nitlef l-affarijiet kollha u nqishom bħala qabda skart,+ sabiex nirbaħ lil Kristu 9 u nkun f’unjoni miegħu, u ma jkollix il-ġustizzja tiegħi li tiġi mil-liġi,+ imma l-ġustizzja permezz tal-fidi+ fi Kristu, dik li tiġi mingħand Alla permezz tal-fidi,+ 10 biex insir naf lilu u l-qawwa taʼ l-irxoxt tiegħu+ u naqsam fit-tbatijiet tiegħu,+ u noqgħod għal mewta bħal tiegħu,+ 11 biex nara jekk b’xi mod nistax inkun fost dawk li se jiġu rxoxtati+ minn taʼ l-ewwel.
12 Mhux għax diġà rċivejtu jew diġà ntgħamilt perfett,+ imma qed infittex+ biex nara jekk nistax ukoll nikseb+ dak li għalih jien ukoll kont miksub+ minn Kristu Ġesù. 13 Ħuti, jien ma nqisnix li diġà ksibtu; imma ħaġa nistaʼ ngħid: Waqt li ninsa l-affarijiet taʼ warajja+ u niġġebbed biex nilħaq l-affarijiet li hemm quddiemi,+ 14 qed niġri lejn il-mira+ għall-premju+ tas-sejħa+ t’Alla għal hemm fuq permezz taʼ Kristu Ġesù. 15 Mela ejjew, dawk fostna li huma maturi,+ ħa jkollna din l-attitudni mentali;+ u jekk intom b’xi mod taħsbuha differenti, Alla se jirrivelalkom l-attitudni xierqa. 16 Għalhekk, għamilna kemm għamilna progress, ejjew inkomplu mexjin bl-ordni+ b’din l-istess rutina.
17 Ħuti, imitaw+ lili intom ilkoll u żommu quddiem għajnejkom lil dawk li mexjin skond l-eżempju li tajniekom.+ 18 Għax hemm ħafna, li kont insemmihom spiss imma li issa nsemmihom ukoll bil-biki, li qed jimxu bħala l-għedewwa taz-zokk tat-tortura tal-Kristu,+ 19 u tmiemhom hu l-qerda,+ u l-alla tagħhom hu żaqqhom,+ u l-glorja tagħhom tinsab fl-għajb tagħhom,+ u moħħhom fl-affarijiet taʼ l-art.+ 20 Iżda aħna għandna ċ-ċittadinanza tagħna+ fis-smewwiet,+ minfejn ukoll qed nistennew bil-ħerqa+ salvatur, il-Mulej Ġesù Kristu,+ 21 li se jbiddlilna ġisimna+ mill-istat umiljat li jinsab fih biex isir jixbah lill-ġisem glorjuż tiegħu+ skond il-ħidma+ tal-qawwa li għandu, saħansitra li jissuġġetta+ kollox għalih.