Salmi
Lid-direttur. Fuq Ġedutun.* T’Asaf.+ Melodija.
2 F’jum in-niket tiegħi fittixt lil Ġeħova.+
Bil-lejl idi baqgħet maħruġa ’l barra lejk bla ma raqditli;
Ruħi ma riditx titfarraġ.+
3 Se niftakar f’Alla u nħossni mħawwad;+
Nikkunsidra l-affarijiet u l-ispirtu tiegħi jinfena.+ Sela.
6 Bil-lejl se niftakar fil-mużika tiegħi fuq il-kordi;+
Se nikkunsidra l-affarijiet minn qalbi,+
U l-ispirtu tiegħi jfittex bir-reqqa.
8 Il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu spiċċat għal dejjem?+
Kliemu se jisfa fix-xejn+ minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni?
10 Għandi jien nibqaʼ ngħid: “Dan hu li jferini:+
Li l-leminija taʼ l-Iktar Għoli m’għadhiex l-istess magħna”?+
11 Jien se niftakar dak li għamel Jah;+
Iva, niftakar l-għemejjel meraviljużi tiegħek taʼ żmien twil ilu.+
17 Is-sħab riegħed u ferraʼ l-ilma;+
Is-sema msaħħab karwat.
U l-vleġeġ tiegħek marru ’l hemm u ’l hawn.+
18 Il-ħoss tar-ragħad tiegħek kien bħat-tkarwit tar-roti taʼ karru;+
Is-sajjetti dawlu l-art;+
L-art theżżet u bdiet titriegħed.+