Salmi
Għanja. Melodija taʼ wlied Koraħ.+
2 Sabiħa għall-għoli tagħha, il-ferħ taʼ l-art kollha,+
Hi l-Muntanja Sijon fl-iktar naħat imbegħdin tat-tramuntana,+
Il-belt tas-Sultan Grandjuż.+
3 Fit-torrijiet mgħammrin tagħha Alla sar magħruf bħala post fl-għoli taʼ sigurtà.+
7 B’riħ mil-lvant int tfarrak il-bastimenti taʼ Tarsis.+
Fil-belt taʼ Ġeħova taʼ l-armati, fil-belt t’Alla tagħna.+
Alla se jistabbiliha fis-sod għal dejjem.+ Sela.
9 Aħna qgħadna nirriflettu, O Alla, fuq il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek+
F’nofs it-tempju tiegħek.+
10 Bħal ismek,+ O Alla, hekk hu t-tifħir tiegħek
Sa xfar l-art.
Idek il-leminija mimlija bis-sewwa.+
11 Jalla tithenna l-Muntanja Sijon,+
Jalla jifirħu l-bliet żgħar taʼ* Ġuda,+ minħabba d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek.+