Salmi
Lid-direttur, għal Neħilot.* Melodija taʼ David.
4 Għax int m’intix Alla li titgħaxxaq bil-ħażen;+
Ħadd ħażin ma jistaʼ jgħammar miegħek għal xi żmien.+
5 L-ebda faħħari ma jistaʼ jieqaf quddiem għajnejk.+
Int tobgħod lil kulmin jipprattika l-ħsara;+
7 Min-naħa tiegħi, minħabba l-qalb tajba bl-imħabba kbira+ li għandek
Nidħol f’darek,+
Immil lejn it-tempju qaddis tiegħek għax għandi l-biżaʼ tiegħek.+
8 O Ġeħova, mexxini fis-sewwa tiegħek+ għax jien imdawwar bl-għedewwa;+
Għinni nimxi fi triqtek mingħajr ma nitfixkel.+
9 Għax f’fommhom m’hemm xejn taʼ min jafdah;+
Il-ġewwieni tagħhom huwa sors t’għawġ.+
Gerżumithom qabar miftuħ;+
Ilsien melliesi jużaw.+
Il-pjanijiet tagħhom stess se jirrovinawhom.+
Talli kisru l-liġi kemm felħu ħa jispiċċaw fix-xejn,+
Għax irribellaw kontrik.+