Salmi
Lid-direttur taʼ Ġedutun.* Melodija taʼ David.
2 Iva, hu l-blata u s-salvazzjoni tiegħi, il-post fl-għoli tiegħi taʼ sigurtà;+
M’iniex se nogħtor għalkollox.+
3 Kemm se ddumu tipprovaw toqtlu lil dak li tobogħdu?+
Ilkoll kemm intom bħal ħajt immejjel, ħajt tal-ġebel li qed jiżżaqqaq.+
4 Huma jagħtu pariri li jħajru lil dak li jkun u mbagħad iwaqqgħulu d-dinjità tiegħu;+
Dawn jieħdu gost b’gidba.+
B’fommhom ibierku, imma fihom infushom jgħidu affarijiet ħżiena.+ Sela.
6 Iva, hu l-blata u s-salvazzjoni tiegħi, il-post fl-għoli tiegħi taʼ sigurtà;+
M’iniex se nogħtor.+
7 Fuq Alla nistrieħ għas-salvazzjoni u l-glorja tiegħi.+
Il-blata b’saħħitha tiegħi, il-kenn tiegħi f’Alla.+
9 Iva, ulied il-bniedem huma bħal nifs,+
Ulied il-bnedmin huma gidba.+
Meta jitqiegħdu fil-miżien, kollha flimkien huma eħfef minn nifs.+