2 Korintin
10 Issa jien, Pawlu, nitlobkom bil-ħrara minħabba l-ħlewwa+ u l-qalb tajba+ tal-Kristu, għalkemm jien umli f’persunti fostkom,+ imma meta ma nkunx preżenti nkun qalbieni lejkom.+ 2 Tabilħaqq, nitlobkom bil-ħniena biex meta nkun preżenti ma jkollix għalfejn nuża l-qlubija b’dik il-fiduċja li qed niddependi minnha biex nieħu azzjoni qalbiena+ kontra xi wħud li jqisuna bħallikieku konna qed nimxu skond dak li aħna fil-laħam. 3 Għax għalkemm nimxu f’ġisem tal-laħam,+ ma niggwerrawx skond dak li aħna fil-laħam.+ 4 Għax l-armi li niggwerraw bihom m’humiex tal-laħam,+ imma huma qawwijin permezz t’Alla+ biex inwaqqgħu affarijiet li jkunu stabbiliti fis-sod. 5 Għax qed inwaqqgħu r-raġunamenti u kull kburija li tqum kontra l-għarfien dwar Alla;+ u qed injassru kull ħsieb biex nagħmluh ubbidjenti lejn il-Kristu; 6 u qed inżommu ruħna għal-lest biex nikkastigaw kull diżubbidjenza,+ malli l-ubbidjenza tagħkom tkun intweriet għalkollox.+
7 Intom tħarsu lejn l-affarijiet skond kif jidhru minn barra.+ Jekk xi ħadd hu fiduċjuż fih innifsu li hu taʼ Kristu, ħa jerġaʼ jqis dan il-fatt li, bħalma hu taʼ Kristu, hekk ukoll aħna taʼ Kristu.+ 8 Għax anki jekk niftaħar+ xi naqra żżejjed dwar l-awtorità li tana l-Mulej biex nibnukom u mhux biex inġarrfukom,+ ma niġix imġiegħel nistħi, 9 sabiex ma nidhirx li rrid inwerwirkom bl-ittri tiegħi. 10 Għax jgħidu: “L-ittri tiegħu huma serji u qawwijin, imma l-preżenza tiegħu meta jkun fostna hi dgħajfa+ u kliemu taʼ min jistmerru.”+ 11 Min jgħid hekk ħa jqis dan, li skond m’aħna fi kliemna bl-ittri tagħna meta ma nkunux hemmhekk, hekk ukoll se nkunu fl-azzjoni meta nkunu preżenti magħkom.+ 12 Għax ma nissograwx nikklassifikaw jew inqabblu ruħna maʼ xi wħud li jirrikkmandaw lilhom infushom.+ Ċertament li meta jkejlu lilhom infushom bihom infushom u jqabblu ruħhom magħhom infushom ma jkunu fehmu xejn.+
13 Min-naħa tagħna ma niftaħrux barra l-limiti tat-territorju li ngħatajna,+ imma skond il-qjies tat-territorju li qassmilna Alla, li għamlu jwassal safejn qegħdin intom.+ 14 Tassew m’aħniex qed naqbżu l-limiti bħallikieku m’intomx fit-territorju tagħna, għax aħna konna l-ewwel li wasalna safejn qegħdin intom biex inxandru l-aħbar tajba dwar il-Kristu.+ 15 Le, m’aħniex qed niftaħru barra l-limiti tat-territorju li ngħatajna, bit-taħbit taʼ ħaddieħor,+ imma għandna t-tama li, bħalma qed tikber il-fidi tagħkom,+ aħna nikbru fostkom fit-territorju tagħna.+ Imbagħad noktru iktar u iktar, 16 biex inxandru l-aħbar tajba lill-pajjiżi lil hinn minnkom,+ sabiex ma niftaħrux bit-territorju taʼ ħaddieħor fejn l-affarijiet tħejjew diġà. 17 “Imma min jiftaħar, ħa jiftaħar b’Ġeħova.”+ 18 Għax mhux min jirrikkmanda lilu nnifsu hu approvat,+ imma min jirrikkmandah+ Ġeħova.+