2 Kronaki
19 Imbagħad Ġeħosafat, is-sultan taʼ Ġuda, mar lura bis-sliem+ lejn daru f’Ġerusalemm. 2 Issa Ġeħu,+ bin Ħanani+ l-viżjonarju,+ ħareġ quddiem is-Sultan Ġeħosafat u qallu: “Għandha l-għajnuna tingħata lil dawk mill-agħar,+ u għandek int tħobb lil dawk li jobogħdu+ lil Ġeħova?+ Għax minħabba f’hekk ġibt fuqek l-għadab+ taʼ Ġeħova nnifsu. 3 Minkejja dan, instabu fik xi affarijiet tajbin,+ għaliex int qridt l-arbli sagri mill-pajjiż+ u ħejjejt qalbek biex tfittex lill-Alla l-veru.”+
4 U Ġeħosafat baqaʼ jgħammar f’Ġerusalemm; u reġaʼ beda jmur qalb in-nies minn Bir-xeba+ sar-reġjun muntanjuż t’Efrajm,+ sabiex ireġġagħhom lura lejn Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom.+ 5 U qiegħed imħallfin mal-pajjiż kollu fil-bliet fortifikati kollha taʼ Ġuda, belt belt.+ 6 U qal lill-imħallfin: “Araw x’qed tagħmlu,+ għaliex m’intomx tiġġudikaw għall-bniedem imma għal Ġeħova;+ u hu jkun magħkom meta tiġġudikaw.+ 7 U issa ħa jkun fuqkom il-biżaʼ+ minn Ġeħova.+ Oqogħdu attenti u aġixxu,+ għax maʼ Ġeħova Alla tagħna m’hemmx inġustizzja+ jew parzjalità+ u lanqas jaċċetta tixħim.”+
8 U Ġeħosafat qiegħed f’Ġerusalemm lil xi wħud mil-Leviti+ u mill-qassisin+ u lil xi wħud mill-kapijiet tal-familji taʼ Israel, min-naħa tal-missier,+ biex jiġġudikaw+ f’isem Ġeħova u għall-kawżi legali+ taʼ l-abitanti taʼ Ġerusalemm. 9 Barra minn hekk, ikkmandahom u qalilhom: “Hekk għandkom tagħmlu, bil-biżaʼ+ minn Ġeħova, b’fedeltà, u b’qalb sħiħa. 10 U f’kull kawża legali, li tiġi għandkom mingħand ħutkom li qed jgħammru fi bliethom, li tkun tinvolvi t-tixrid taʼ demm,+ u li tkun tinvolvi l-liġi,+ il-kmandamenti,+ ir-regolamenti,+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji,+ wissuhom biex ma jidinbux kontra Ġeħova ħalli ma jkollux għalfejn jagħdab+ kontrikom u kontra ħutkom. Hekk għandkom tagħmlu sabiex ma jkollkomx ħtija. 11 U, ara, Amarija, il-qassis ewlieni, ikun fuqkom għal kull kwistjoni taʼ Ġeħova;+ u Żebadija, bin Ismagħel, il-mexxej tad-dar taʼ Ġuda, għal kull kwistjoni tas-sultan; u bħala uffiċjali hemm il-Leviti għad-dispożizzjoni tagħkom. Agħmlu l-ħila+ u aġixxu, u ħalli Ġeħova+ jbierek l-affarijiet tajbin li tagħmlu.”+