Isaija
34 Itilgħu qrib, O ġnus, biex tisimgħu;+ u intom il-popli,+ oqogħdu attenti. Ħa tagħti widen l-art u kulma fiha,+ l-art produttiva+ u l-prodott kollu tagħha.+ 2 Għax Ġeħova huwa rrabjat għall-ġnus kollha,+ u hu inkorlat għall-armata kollha tagħhom.+ Hu se jiddedikahom għall-qerda;* se jagħtihom għall-qatla.+ 3 U l-maqtulin tagħhom se jintefgħu ’l barra; u l-intiena taʼ l-iġsma mejtin tagħhom se titlaʼ;+ u l-muntanji jridu jinħallu b’demmhom.+ 4 U dawk kollha fl-armata tas-smewwiet se jitmermru.+ U s-smewwiet jitgerbu,+ bħal romblu taʼ ktieb; u l-armata kollha tagħhom se tinxef u taqaʼ, bħalma jinxef u jaqaʼ l-weraq minn fuq id-dielja u t-tina niexfa minn fuq is-siġra tat-tin.+
5 “Għax fis-smewwiet sejfi+ se jixxarrab għasra. Ara! Fuq Edom se jinżel,+ fuq il-poplu li jien iddedikajt għall-qerda+ bil-ġustizzja. 6 Ġeħova għandu sejf; se jimtela bid-demm;+ se jiddellek bix-xaħam, bid-demm taʼ l-imtaten żgħar u l-bdabad, bix-xaħam+ tal-kliewi taʼ l-imtaten. Għax Ġeħova se jagħmel sagrifiċċju f’Bosra, u qatla kbira fl-art t’Edom.+ 7 U l-barrin salvaġġi+ jridu jinżlu magħhom, u l-barrin żgħar mas-setgħanin;+ u l-art tagħhom trid tixxarrab għasra bid-demm, u t-trab tagħhom se jiddellek bix-xaħam.”+
8 Għax Ġeħova għandu jum taʼ vendetta,+ sena taʼ tpattija għall-kawża legali minħabba Sijon.+
9 U l-widien tagħha* jridu jinbidlu f’żift, u t-trab tagħha f’kubrit; u artha trid issir bħal żift jaqbad.+ 10 Ma tintefiex, la bil-lejl u lanqas bi nhar; għal żmien indefinit id-duħħan tagħha jibqaʼ tielaʼ ’l fuq.+ Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni se tibqaʼ niexfa;+ għal dejjem taʼ dejjem ħadd ma se jgħaddi minnha.+ 11 U l-pellikan u l-porkuspin iridu jagħmluha tagħhom, u l-kokka tal-qrun u ċ-ċawlun se jgħammru fiha;+ u hu jrid imidd fuqha l-ħabel tal-kejl+ tal-vojt u ċ-ċomb tal-baħħ. 12 M’hemm ħadd min-nobbli tagħha li se jsejħulu biex ikun sultan, u l-prinċpijiet tagħha lkoll se jisfaw fix-xejn.+ 13 Mat-torrijiet tagħha li kienu mgħammrin irid jitlaʼ x-xewk, il-ħurrieq u l-għollieq fil-postijiet fortifikati tagħha;+ u hi ssir post fejn joqogħdu x-xakalli,+ il-bitħa għan-ngħam.+ 14 U l-annimali tad-deżert iridu jiltaqgħu maʼ l-annimali li jnewħu, u d-demonju forma taʼ mogħża*+ se jsejjaħ lil sieħbu. Iva, hemmhekk l-għasfur li joħroġ bil-lejl* jitlajja u jsib post taʼ mistrieħ.+ 15 Hemmhekk is-serp qisu vleġġa jagħmel il-bejta tiegħu u jbid, u jfaqqas il-bajd u jiġbru flimkien taħt id-dell tiegħu. Iva, hemmhekk l-għasafar tal-priża*+ jridu jinġabru flimkien, kull wieħed mas-sieħba tiegħu.
16 Fittxu għalikom infuskom fil-ktieb+ taʼ Ġeħova u aqraw għajtu: l-ebda waħda minnhom ma naqset;+ kollha għandhom is-sieħba tagħhom, għax fomm Ġeħova ta l-kmand,+ u huwa l-ispirtu tiegħu li ġabarhom flimkien.+ 17 U Hu tefaʼ x-xorti għalihom, u idu qassmitilhom il-post bil-ħabel tal-kejl.+ Għal żmien indefinit se jkun tagħhom; minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni se jgħammru fih.