Ġenesi
36 U dan hu r-rakkont storiku t’Għesaw, jiġifieri, Edom.+
2 Għesaw ħa n-nisa tiegħu mill-bniet taʼ Kangħan:+ Għada,+ bint Elon il-Ħitti,+ Oħolibama,+ li kienet bint Għana u li nannuha kien Sibgħon il-Ħiwwi, 3 u Basemat,+ bint Ismagħel u oħt Nebajot.+
4 U lil Għesaw, Għada wilditlu lil Elifaż, u Basemat wildet lil Regħwel,
5 u Oħolibama wildet lil Ġegħus, Ġagħlam, u Koraħ.+
Dawn huma wlied Għesaw li twildulu fl-art taʼ Kangħan. 6 U Għesaw ħa n-nisa tiegħu, is-subien u l-bniet tiegħu, l-erwieħ kollha taʼ daru, il-merħla tiegħu, il-bhejjem l-oħrajn kollha tiegħu, u l-għana+ kollu li kien ġemaʼ fl-art taʼ Kangħan, u telaq lejn art oħra ’l bogħod minn ħuh Ġakobb,+ 7 għaliex ġidhom tant kien kotor li ma setgħux jgħammru flimkien u l-art fejn kienu jgħixu bħala barranin ma kinitx tesagħhom minħabba l-imrieħel tagħhom.+ 8 Għalhekk, Għesaw mar jgħammar fir-reġjun muntanjuż tas-Segħir.+ Għesaw hu Edom.+
9 U dan hu r-rakkont storiku t’Għesaw, missier l-Edomin, fir-reġjun muntanjuż tas-Segħir.+
10 Dawn huma l-ismijiet taʼ wlied Għesaw: Elifaż, bin Għada, mart Għesaw; Regħwel, bin Basemat, mart Għesaw.+
11 U wlied Elifaż kienu Teman,+ Omar, Sefu, Gatam, u Kenaż.+ 12 U Timna+ saret il-konkubina t’Elifaż, bin Għesaw. Maż-żmien, lil Elifaż wilditlu lil Għamalek.+ Dawn huma wlied Għada, mart Għesaw.
13 Dawn huma wlied Regħwel: Naħat, Żeraħ, Sammah, u Miżża.+ Dawn kienu wlied Basemat,+ mart Għesaw.
14 U dawn kienu wlied Oħolibama, bint Għana u mart Għesaw, li nannuha kien Sibgħon u li lil Għesaw wilditlu lil Ġegħus, Ġagħlam, u Koraħ.+
15 Dawn huma x-xejikki*+ taʼ wlied Għesaw: Ulied Elifaż, l-ewwel imwieled t’Għesaw: Ix-xejikk Teman,+ ix-xejikk Omar, ix-xejikk Sefu, ix-xejikk Kenaż, 16 ix-xejikk Koraħ, ix-xejikk Gatam, u x-xejikk Għamalek. Dawn huma x-xejikki t’Elifaż+ fl-art t’Edom. Dawn huma l-ulied minn Għada.
17 Dawn huma wlied Regħwel, bin Għesaw: Ix-xejikk Naħat, ix-xejikk Żeraħ, ix-xejikk Sammah, u x-xejikk Miżża. Dawn huma x-xejikki taʼ Regħwel f’art Edom.+ Dawn huma l-ulied minn Basemat, mart Għesaw.
18 Fl-aħħar, dawn huma wlied Oħolibama, mart Għesaw: Ix-xejikk Ġegħus, ix-xejikk Ġagħlam, u x-xejikk Koraħ. Dawn huma x-xejikki t’Oħolibama, bint Għana u mart Għesaw.
19 Dawn huma wlied Għesaw, li hu Edom,+ u dawn huma x-xejikki tagħhom.
20 Dawn huma wlied Segħir, il-Ħori, l-abitanti tal-pajjiż:+ Lotan, Sobal, Sibgħon, Għana,+ 21 Dison, Għeżer, u Disan.+ Dawn huma x-xejikki tal-Ħori, ulied Segħir, fl-art t’Edom.
22 U wlied Lotan kienu Ħori u Ħemam; u oħt Lotan kienet Timna.+
23 U dawn huma wlied Sobal: Għalwan, Manaħat, Għebal, Sefo, u Onam.
24 U dawn huma wlied Sibgħon: Ajja u Għana. Dan hu Għana li sab l-għejun taʼ l-ilma sħun fix-xagħri waqt li kien qed jieħu ħsieb il-ħmir taʼ missieru Sibgħon.+
25 U dawn huma t-tfal t’Għana: Dison u Oħolibama, bint Għana.
26 U dawn huma wlied Dison: Ħemdan, Esban, Itran, u Keran.+
27 Dawn huma wlied Għeżer: Bilħan, Żagħwan, u Għaqan.
28 Dawn huma wlied Disan: Uż u Aran.+
29 Dawn huma x-xejikki tal-Ħori: Ix-xejikk Lotan, ix-xejikk Sobal, ix-xejikk Sibgħon, ix-xejikk Għana, 30 ix-xejikk Dison, ix-xejikk Għeżer, u x-xejikk Disan.+ Dawn huma x-xejikki tal-Ħori skond id-diversi xejikki tagħhom fl-art tas-Segħir.
31 Issa dawn huma s-slaten li saltnu fl-art t’Edom+ qabel ma kien hemm sultan isaltan fuq ulied Israel.+ 32 U Bela, bin Begħor, saltan f’Edom,+ u l-belt tiegħu kien jisimha Dinħaba. 33 Meta miet Bela, Ġobab, bin Żeraħ minn Bosra,+ beda jsaltan minfloku.+ 34 Meta miet Ġobab, Ħusam minn art it-Temanin+ beda jsaltan minfloku.+ 35 Meta miet Ħusam, Ħadad, bin Bedad, li għeleb lill-Midjanin+ fit-territorju taʼ Mowab,+ beda jsaltan minfloku, u l-belt tiegħu kien jisimha Għawit.+ 36 Meta miet Ħadad, Samla minn Masreka beda jsaltan minfloku.+ 37 Meta miet Samla, Sagħul minn Reħobot, ħdejn ix-Xmara, beda jsaltan minfloku.+ 38 Meta miet Sagħul, Bagħal-ħanan, bin Għakbor, beda jsaltan minfloku.+ 39 Meta miet Bagħal-ħanan, bin Għakbor, Ħadar beda jsaltan minfloku; u l-belt tiegħu kien jisimha Pagħu, u martu kien jisimha Meħetabel, bint Matred, bint Meżaħab.+
40 Mela dawn huma l-ismijiet tax-xejikki t’Għesaw skond il-familji tagħhom, skond il-postijiet tagħhom, bl-ismijiet tagħhom: Ix-xejikk Timna, ix-xejikk Għalwa, ix-xejikk Ġetet,+ 41 ix-xejikk Oħolibama, ix-xejikk Elah, ix-xejikk Pinon,+ 42 ix-xejikk Kenaż, ix-xejikk Teman, ix-xejikk Mibsar,+ 43 ix-xejikk Magdijel, u x-xejikk Iram. Dawn huma x-xejikki t’Edom+ skond il-postijiet fejn jgħammru fl-art li hi tagħhom.+ Dan hu Għesaw, missier l-Edomin.+