Dewteronomju
24 “Jekk raġel jieħu mara b’martu, irid iseħħ ukoll li jekk hi ma tkunx tingħoġob f’għajnejh għaliex ikun sab xi ħaġa indeċenti min-naħa tagħha,+ irid jiktbilha ċertifikat tad-divorzju+ u jagħtihulha f’idha u jibgħatha ’l barra minn daru.+ 2 U hi toħroġ minn daru u titlaq u ssir mart raġel ieħor.+ 3 Jekk l-aħħar raġel isir jobgħodha u jiktbilha ċertifikat tad-divorzju u jagħtihulha f’idha u jibgħatha ’l barra minn daru, jew jekk l-aħħar raġel li ħadha bħala martu jmut, 4 l-ewwel sid tagħha li bagħatha ma jistax jerġaʼ jiħodha lura biex issir martu wara li tkun tniġġset;+ għax din hi xi ħaġa mistkerrha quddiem Ġeħova, u ġġegħelx l-art li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt tidneb.
5 “Jekk raġel ikun għadu kif iżżewweġ,+ m’għandux joħroġ fl-armata, u lanqas ebda ħaġa oħra m’għandha tiġi sforzata fuqu. Għandu jibqaʼ meħlus f’daru għal sena sħiħa, u jrid iferraħ lill-mara li jkun ħa.+
6 “Ħadd m’għandu jaħtaf bħala rahan+ mitħna taʼ l-idejn jew il-ġebla taʼ fuq tagħha, għaliex ikun qed jaħtaf ruħ* bħala rahan.
7 “Jekk raġel jinqabad jaħtaf+ lil xi ruħ minn ħutu, minn ulied Israel, u jittrattaha b’tirannija u jbigħha,+ dak li jkun ħatafha għandu jmut. U int trid tneħħi l-ħażen minn ġo nofsok.+
8 “Oqgħod attent li fil-marda tal-ġdiem+ tieħu ħsieb sew u tagħmel skond kulma jgħallmukom il-qassisin, il-Leviti.+ Bħalma kkmandajthom jien, għandkom toqogħdu attenti+ li tagħmlu. 9 Għandek tiftakar f’dak li Ġeħova Alla tiegħek għamel lil Mirjam fit-triq meta kontu ħerġin mill-Eġittu.+
10 “Jekk tislef lil sieħbek xi tip taʼ self,+ tidħolx f’daru biex tiħodlu dak li jkun ta bħala rahan.+ 11 Int għandek toqgħod barra, u r-raġel li lilu qed tagħti s-self għandu jġiblek ir-rahan barra. 12 U jekk ir-raġel ikun f’sitwazzjoni mwiegħra, tmurx torqod bir-rahan tiegħu.+ 13 Qis li troddlu lura r-rahan malli tinżel ix-xemx,+ u hu jmur jorqod bil-libsa tiegħu,+ u jbierkek;+ u dan ikun ifisser is-sewwa għalik quddiem Ġeħova Alla tiegħek.+
14 “Timbroljax lil ħaddiem mikri li jkun f’sitwazzjoni mwiegħra u li jkun fqir, sew jekk ikun minn ħutek u sew jekk ikun mir-residenti barranin tiegħek li qegħdin f’artek, ’il ġewwa minn bwiebek.+ 15 Għandek tagħtih ħlasu dakinhar stess,+ u m’għandekx tħalli x-xemx tinżel bla ma tagħtihulu, għaliex qiegħed f’sitwazzjoni mwiegħra u jixxennaq għal ħlasu għax għandu bżonnu; biex ma jgħajjatx lil Ġeħova kontrik,+ u dan ikun dnub min-naħa tiegħek.+
16 “Il-missirijiet m’għandhomx jingħataw il-mewt minħabba l-ulied, u l-ulied m’għandhomx jingħataw il-mewt minħabba l-missirijiet.+ Kull wieħed għandu jingħata l-mewt għal dnubu stess.+
17 “Tgħawwiġx il-ġudizzju tar-resident barrani+ jew tat-tifel bla missier,+ u taħtafx il-libsa taʼ xi armla bħala rahan.+ 18 Ftakar li int kont ilsir fl-Eġittu, u Ġeħova Alla tiegħek fdiek minn hemmhekk.+ Huwa għalhekk li qed nikkmandak biex tagħmel din il-ħaġa.
19 “Jekk taħsad il-ħsad tiegħek fl-għalqa tiegħek+ u tinsa qatta fl-għalqa, tmurx lura biex iġġibha. Għandha tibqaʼ għar-resident barrani, għat-tifel bla missier, u għall-armla;+ sabiex Ġeħova Alla tiegħek ibierkek f’kull għemil taʼ idek.+
20 “Jekk tfarfar is-siġra taż-żebbuġ tiegħek, tmurx lura biex tlaqqat għalik dak li jifdal fil-friegħi. Għandu jibqaʼ għar-resident barrani, għat-tifel bla missier, u għall-armla.+
21 “Jekk tiġbor l-għeneb mill-għalqa tad-dwieli tiegħek, tmurx lura biex tiġbor għalik dak li jifdal. Għandu jibqaʼ għar-resident barrani, għat-tifel bla missier, u għall-armla. 22 Ftakar li int kont ilsir fl-art taʼ l-Eġittu.+ Huwa għalhekk li qed nikkmandak biex tagħmel din il-ħaġa.+