2 Slaten
12 Fis-sebaʼ sena taʼ Ġeħu,+ Ġeħogħas+ sar sultan, u dam isaltan erbgħin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Sibjah minn Bir-xeba. 2 U Ġeħogħas għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova matul il-jiem kollha li kien istruwit minn Ġeħojada l-qassis.+ 3 Kienu biss il-postijiet għall-qima* li ma tneħħewx.+ In-nies kienu għadhom joffru s-sagrifiċċji u d-duħħan tas-sagrifiċċji fil-postijiet għall-qima.
4 U Ġeħogħas qal lill-qassisin:+ “Il-flus kollha għall-offerti+ mqaddsin li jinġiebu fid-dar taʼ Ġeħova+—l-ammont stipulat li għandu jħallas kulħadd,+ il-flus li jingħataw min-nies* li jkunu għamlu xi wegħdi,+ u l-flus kollha li kull wieħed iġib fid-dar taʼ Ġeħova skond kemm tqanqlu qalbu+— 5 ħa jiħduhom il-qassisin, kull wieħed mingħand dawk li jkun jaf;+ u huma min-naħa tagħhom isewwu x-xquq tad-dar kulfejn hemm xi xaqq.”+
6 U ġara li sas-sena tlieta u għoxrin tas-Sultan Ġeħogħas, il-qassisin kienu għadhom ma sewwewx ix-xquq tad-dar.+ 7 Għalhekk, is-Sultan Ġeħogħas sejjaħ lil Ġeħojada+ l-qassis u lill-qassisin u qalilhom: “Għala m’intomx issewwu x-xquq tad-dar? Mela, issa tiħdux iktar flus mingħand dawk li tafu, imma agħtuhom għax-xquq tad-dar.”+ 8 Għaldaqstant, il-qassisin qablu li ma jiħdux iktar flus mingħand in-nies u li ma jsewwuhx huma x-xquq tad-dar.
9 Ġeħojada l-qassis imbagħad ħa kaxxa+ u taqqab toqba fl-għatu tagħha u qegħedha ħdejn l-artal fuq il-lemin hekk kif dak li jkun jidħol fid-dar taʼ Ġeħova, u hemmhekk il-qassisin, l-għassiesa tal-bibien,+ kienu jqiegħdu l-flus+ kollha li kienu qed jinġiebu fid-dar taʼ Ġeħova. 10 U kien jiġri li malli kienu jaraw li hemm ħafna flus fil-kaxxa, is-segretarju+ tas-sultan u l-qassis il-kbir kienu jitilgħu, u jorbtu f’soror il-flus li kien hemm fid-dar taʼ Ġeħova u jgħodduhom.+ 11 U kienu jagħtu l-flus magħdudin f’idejn dawk li nħatru biex jieħdu ħsieb+ ix-xogħol fid-dar taʼ Ġeħova. Min-naħa tagħhom, dawn kienu jużawhom biex iħallsu lil dawk li kienu jaħdmu l-injam u lill-bennejja li kienu qed jaħdmu fid-dar taʼ Ġeħova, 12 u lill-ħaddiema fil-ġebel u lin-naġġara tal-ġebel,+ u biex jixtru l-injam u l-ġebel minġur ħalli jsewwu x-xquq tad-dar taʼ Ġeħova u għal dak kollu li kien jintefaq biex tissewwa d-dar.
13 Imma bil-flus li kienu qed jinġiebu fid-dar taʼ Ġeħova ma saru ebda bwieqi tal-fidda, imqassijiet li jitfu l-ftila,+ skutelli,+ trumbetti,+ u ebda tip t’oġġett tad-deheb jew tal-fidda għad-dar taʼ Ġeħova;+ 14 għax kienu jagħtuhom lil dawk li kienu jieħdu ħsieb ix-xogħol, u bihom kienu jsewwu d-dar taʼ Ġeħova.+ 15 U ma kinux jitolbu kont+ mill-irġiel li kienu jingħataw il-flus f’idejhom biex jagħtuhom lil dawk li kienu jieħdu ħsieb ix-xogħol,+ għax kienu jaħdmu b’fedeltà.+ 16 U l-flus taʼ l-offerti għall-ħtija+ u l-flus taʼ l-offerti għad-dnub ma kinux jinġiebu fid-dar taʼ Ġeħova. Għalhekk, dawn saru tal-qassisin.+
17 Kien dak iż-żmien li Ħażagħel+ is-sultan tas-Sirja telaʼ jiġġieled kontra Gat+ u ħadha taħt idejh; u wara dan Ħażagħel għamel il-ħsieb li*+ jitlaʼ kontra Ġerusalemm.+ 18 Għal dan, Ġeħogħas is-sultan taʼ Ġuda ħa l-offerti mqaddsin kollha+ li kienu qaddsu missirijietu Ġeħosafat u Ġeħoram u Aħażija, is-slaten taʼ Ġuda, u l-offerti li kien qaddes hu u d-deheb kollu li kien hemm fit-teżori tad-dar taʼ Ġeħova u d-dar tas-sultan u bagħathom+ lil Ħażagħel is-sultan tas-Sirja. U b’hekk dan irtira minn kontra Ġerusalemm.
19 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġeħogħas u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? 20 Madankollu, il-qaddejja tiegħu+ qamu u ngħaqdu flimkien f’konfoffa+ u ħabtu għal Ġeħogħas fid-dar+ taʼ l-Għolja,*+ fit-triq li tinżel lejn Silla. 21 U Ġożakar bin Simegħat u Ġeħożabad+ bin Somer, il-qaddejja tiegħu, kienu dawk li ħabtu għalih, u b’hekk miet. U difnuh maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David; u ibnu Amażija+ beda jsaltan minfloku.