Proverbji
19 Il-bniedem taʼ ftit mezzi li qed jimxi bl-integrità tiegħu aħjar+ minn dak li għandu l-qerq f’xofftejh u mill-istupidu.+
2 Ukoll, mhux tajjeb li wieħed* ma jkollux għarfien,+ u min qed iħaffef saqajh qed jidneb.+
3 Hija l-bluha tal-bniedem li tgħawwiġlu triqtu,+ u b’hekk qalbu tagħdab kontra Ġeħova nnifsu.+
4 L-għani jkollu ħafna ħbieb,+ imma l-batut jiġi mifrud saħansitra minn sieħbu stess.+
5 Xhud falz ma jeħlishiex mill-kastig,+ u min jaqlaʼ l-gideb ma jgħaddihiex lixxa.+
6 Ħafna huma dawk li jrattbu qalb in-nobbli,+ u kulħadd jissieħeb maʼ min jagħti r-rigali.+
7 Il-bniedem taʼ ftit mezzi kien mibgħud minn ħutu kollha.+ Kemm iktar tbiegħdu minnu l-ħbieb tal-qalb!+ Qed jiġri warajhom biex jgħidilhom xi ħaġa imma m’humiex hemm.+
8 Min jikseb qalb għarfa*+ jħobb lilu nnifsu. Min qed jgħasses id-dixxerniment se jsib it-tajjeb.+
9 Ix-xhud falz ma jeħlishiex mill-kastig,+ u min jaqlaʼ l-gideb se jgħib.+
10 Mhux xieraq li l-istupidu jkollu l-lussu.+ Kemm huwa inqas xieraq li qaddej jaħkem fuq il-prinċpijiet!+
11 Id-dehen taʼ bniedem itaffilu r-rabja tiegħu,+ u hija ħaġa sabiħa min-naħa tiegħu li jħalli nuqqas għaddej.+
12 Id-dagħdigħa taʼ sultan hi bħat-tgergira taʼ ljun b’saħħtu,+ imma l-approvazzjoni tiegħu hi bħan-nida fuq il-ħaxix.+
13 Iben stupidu jfisser għawġ għal missieru,+ u l-ġlied taʼ mara miżżewġa hu bħal saqaf iqattar li jbiegħdek minnu.+
14 Wirt il-missirijiet hu dar u għana,+ imma mara għaqlija hi minn Ġeħova.+
15 L-għażż iġib l-irqad fil-fond,+ u ruħ merħija tbati l-ġuħ.+
16 Dak li qed iħares il-kmandament qed iħares lil ruħu;+ min qed jistmerr triqatu jingħata l-mewt.+
17 Min iħenn għall-batut ikun qed jislef lil Ġeħova,+ u Hu se jħallsu lura għal kif ittrattah.+
18 Ikkastiga lil ibnek sakemm għad hemm it-tama;+ u la tixtiqlux li jingħata l-mewt.+
19 Min jinkorla malajr ikollu jħallas il-multa;+ għax jekk teħilsu jkollok tibqaʼ tagħmel dan darba wara l-oħra.+
20 Ismaʼ mill-pariri u aċċetta d-dixxiplina,+ sabiex tkun tistaʼ ssir għaref fil-futur tiegħek.+
21 Ħafna huma l-pjanijiet f’qalb il-bniedem,+ imma l-iskop taʼ Ġeħova hu dak li se jibqaʼ.+
22 Dak li hu mixtieq fil-bniedem hu li juri qalb tajba bl-imħabba;+ u wieħed taʼ ftit mezzi aħjar minn bniedem giddieb.+
23 Il-biżaʼ taʼ Ġeħova jwassal għall-ħajja,+ u wieħed jgħaddi l-lejl trankwill;+ il-ħażen ma jżurux.+
24 L-għażżien ħeba idu fl-iskutella taʼ l-ikel;+ lanqas ireġġagħha lura lejn ħalqu ma jistaʼ.+
25 Sawwat lil min iwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt,+ sabiex min hu bla esperjenza jsir prudenti;+ u għandek twiddeb lil min għandu l-abbiltà li jifhem, sabiex jikseb l-għarfien.+
26 Min jittratta ħażin lil missieru u jkeċċi lil ommu+ hu iben li mġibtu hi taʼ mistħija u t’għajb.+
27 Ibni, ieqaf ismaʼ mid-dixxiplina u tkun qed tiżvija minn kliem l-għarfien.+
28 Xhud li m’hu tajjeb għal xejn jiddieħaq bil-ġustizzja,+ u fomm in-nies mill-agħar jiblaʼ dak li hu taʼ ħsara.+
29 Ġudizzji hemm lesti għal dawk li jwaqqgħu kollox għaċ-ċajt,+ u daqqiet għal dahar l-istupidi.+