Salmi
Lid-direttur. Fuq iċ-Ċerva taż-Żerniq. Melodija taʼ David.
22 Alla tiegħi, Alla tiegħi, għala tlaqtni?+
Għala qiegħed ’il bogħod milli ssalvani,+
Milli tismaʼ kliem il-krib tiegħi?+
2 O Alla tiegħi, bi nhar il-ħin kollu nsejjaħlek, u int ma twiġibx;+
Bil-lejl ukoll, u ma niskotx min-naħa tiegħi.+
7 Dawk kollha li qed jarawni jiddieħqu bija;+
Huma jibqgħu jiftħu ħalqhom beraħ, jibqgħu jxenglu rashom+ u jgħidu:
11 Iżżommx ’il bogħod minni, għax in-niket qiegħed qrib,+
Għax m’għandi lil ħadd ħliefek biex jgħinni.+
14 Jien ġejt imsawwab bħall-ilma,+
U kull għadma li għandi nqalgħet minn maʼ l-oħra.+
Qalbi saret bħax-xamaʼ;+
Qed iddub fil-fond tal-ġewwieni tiegħi.+
15 Saħħti nixfitli bħal biċċa fuħħar,+
U lsieni weħilli mas-saqaf taʼ ħalqi;+
Fit-trab tal-mewt qegħedtni.+
L-unika waħda li għandi eħlisli minn id il-kelb;+
21 Salvani minn ħalq l-iljun;+
Wiġibni u salvani mill-qrun tal-barrin salvaġġi.+
23 Intom li għandkom il-biżaʼ taʼ Ġeħova, faħħruh!+
Intom ilkoll minn nisel Ġakobb, igglorifikawh!+
U ibżgħu minnu, intom ilkoll minn nisel Israel.+
U lanqas stmerr is-sofferenza taʼ min qed isofri;+
U ma ħebiex wiċċu minnu,+
U meta dan sejjaħlu għall-għajnuna semgħu.+
25 Għal dak li għamilt se nfaħħrek fil-kongregazzjoni l-kbira;+
Il-wegħdi tiegħi se rroddhom quddiem dawk li jibżgħu minnu.+
26 Il-ġwejdin se jieklu u jixbgħu;+
Dawk li qed ifittxuh se jfaħħru lil Ġeħova.+
Jalla qlubkom jgħixu għal dejjem.+
27 It-truf kollha taʼ l-art se jiftakru f’Ġeħova u jduru lejh.+
U l-familji kollha tal-ġnus se jmilu quddiemek.+
29 L-għonja* kollha taʼ l-art se jieklu u jmilu;+
Quddiemu dawk kollha li neżlin fit-trab se jitbaxxew,+
U ħadd qatt ma se jżomm lil ruħu stess ħajja.+