Salmi
Lid-direttur. Fuq Il-Ġilji.+ Taʼ David.
69 Salvani, O Alla, għax l-ilmijiet tant għolew li ruħi kważi għerqet.+
2 Għeriqt f’ħama fond, fejn m’hemm ebda art soda.+
Sibt ruħi f’ilmijiet fondi,
U nixxiegħa għaddejja tiġri ġarritni magħha.+
4 Dawk li jobogħduni għalxejn żdiedu iktar mix-xagħar taʼ rasi.+
Kotru ħafna dawk li jridu jsikktuni fil-mewt, li huma l-għedewwa tiegħi mingħajr ebda raġuni.+
Kelli rrodd dak li ma kontx ħadt b’serq.
6 Jalla dawk li jittamaw fik ma jkollhomx għalfejn jistħu minħabba fija,+
O Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-armati.+
Jalla dawk li jfittxuk ma jiġux umiljati minħabba fija,+
O Alla taʼ Israel.+
12 Dawk li joqogħdu bil-qiegħda f’bieb il-belt kienu moħħhom fija,+
U jien kont is-suġġett taʼ l-għanjiet taʼ dawk li jixorbu xorb li jsakkar.+
13 Imma min-naħa tiegħi, jien lilek tlabt, O Ġeħova,+
Fi żmien aċċettabbli, O Alla.+
Fl-abbundanza tal-qalb tajba bl-imħabba tiegħek wiġibni u uri li int is-salvatur il-veru.+
14 Eħlisni mill-ħama, biex ma negħriqx.+
Jalla ninħeles minn dawk li jobogħduni+ u mill-ilmijiet fondi.+
15 Jalla n-nixxiegħa għaddejja tiġri ma ġġorrnix magħha,+
Il-fond ma jiblagħnix,
U l-bir ma jagħlaqx fommu fuqi.+
16 Wiġibni, O Ġeħova, għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek hi kbira.+
Skond il-kotra tal-ħniniet tiegħek dur lejja,+
17 U taħbix wiċċek mill-qaddej tiegħek.+
Wiġibni malajr għax qiegħed f’sitwazzjoni mwiegħra.+
19 Int sirt taf bit-tmaqdir, l-għajb, u l-umiljazzjoni tiegħi.+
Dawk kollha li qed jiħduha kontrija qegħdin quddiemek.+
20 It-tmaqdir qasamli qalbi, u l-ferita ma titfejjaqx.+
U bqajt nittama li xi ħadd jissimpatizza miegħi, imma ma kien hemm ħadd;+
U li jkun hemm min ifarraġni, imma ma sibt lil ħadd.+
22 Ħa ssirilhom nasba l-mejda li għandhom quddiemhom,+
U kulma kellu jkun għall-ġid tagħhom isir nassa.+
26 Għax huma ġrew wara dak li int sawwatt,+
U jibqgħu jitkellmu dwar il-weġgħat taʼ dawk minfudin minnek.
32 Il-ġwejdin żgur jaraw dan u jifirħu.+
Intom li qed tfittxu lil Alla, ħa tibqaʼ ħajja qalbkom ukoll.+