Salmi
Se ngħid ħaġa moħġaġa taʼ żmien twil ilu.+
3 Dawn aħna smajniehom u nafu bihom,+
U qaluhomlna missirijietna;+
4 U ma naħbuhomx minn uliedhom,+
Għax ngħiduhom lill-ġenerazzjoni li ġejja,+
L-għemejjel taʼ Ġeħova li jistħoqqilhom tifħir u s-saħħa tiegħu+
U l-għeġubijiet li għamel.+
5 Hu waqqaf tfakkira f’Ġakobb,+
U stabbilixxa liġi f’Israel,+
Affarijiet li kkmanda lil missirijietna,+
Biex jgħarrfuhom lil uliedhom;+
6 Sabiex tkun taf bihom il-ġenerazzjoni taʼ wara, l-ulied li kellhom jitwieldu,+
U dawn ikunu jistgħu jqumu u jgħiduhom lil uliedhom,+
7 U jkunu jistgħu jqiegħdu l-fiduċja tagħhom f’Alla+
U ma jinsewx x’għamel Alla+ imma josservaw il-kmandamenti tiegħu.+
8 B’hekk, ma jsirux bħal missirijiethom,+
Ġenerazzjoni rasha iebsa u ribelluża,+
Ġenerazzjoni li ma ħejjietx qalbha+
U li ma wrietx spirtu taʼ fedeltà m’Alla.+
17 Iżda huma xorta baqgħu jidinbu kontrih+
Billi rribellaw kontra l-Iktar Għoli fir-reġjun bla ilma;+
18 U f’qalbhom għaddew lil Alla minn prova+
Billi talbu xi ħaġa x’jieklu skond ix-xewqa tagħhom.+
20 Ara! Hu ta daqqa fuq blata+
Biex l-ilmijiet igelglu u l-widien ifuru.+
“Għandu hu l-ħila jagħtina l-ħobż,+
Jew jistaʼ jħejji l-ikel għall-poplu tiegħu?”+
21 Kien għalhekk li Ġeħova semaʼ u rrabja bil-kbir;+
U nar xegħel għal Ġakobb,+
U qamet rabja għal Israel.+
30 Iżda xorta baqgħu xewqanin,
Waqt li kienu għadhom bl-ikel f’ħalqhom,+
31 Meta qamet il-korla t’Alla kontrihom.+
U qatlilhom il-qawwijin fosthom;+
U waqqaʼ maʼ l-art lill-irġiel żgħażagħ taʼ Israel.
32 Minkejja dan kollu komplew jidinbu+
U ma poġġewx il-fidi tagħhom fl-għemejjel taʼ l-għaġeb tiegħu.+
33 Għalhekk, temmilhom jiemhom bħallikieku sempliċi nifs,+
U sninhom intemmew għal għarrieda bit-twerwir.
35 U kienu jiftakru li Alla kien il-Blata tagħhom,+
U li l-Alla l-Iktar Għoli kien il-Vendikatur tagħhom.+
38 Imma hu kien ħanin;+ kien jgħatti l-iżball+ u ma jġibx ħerba fuqhom.+
Ħafna drabi reġġaʼ lura r-rabja tiegħu,+
U ma kienx iħalli l-korla tiegħu tixgħel għalkollox.
Fil-jum li fdiehom mill-avversarju,+
43 Fis-sinjali li għamel fl-Eġittu+
U l-mirakli tiegħu fit-territorju taʼ Sogħan;+
44 U kif biddel f’demm il-kanali tagħhom tan-Nil,+
U b’hekk ma setgħux jixorbu min-nixxigħat tagħhom.+
48 U ta l-bhejjem tat-tagħbija tagħhom f’idejn is-silġ+
U l-bhejjem l-oħrajn f’idejn il-mard qattiel.
49 Bagħat fuqhom ir-rabja taħraq tiegħu,+
Il-qilla u l-kundanna u n-niket,+
Delegazzjonijiet t’anġli li jġibu l-gwaj.+
50 Ħejja passaġġ għar-rabja tiegħu.+
Ma ħelsilhomx ruħhom mill-mewt;
U ħajjithom taha f’idejn il-pesta.+
51 Fl-aħħarnett qatel lill-ewwel imweldin kollha fl-Eġittu,+
Il-bidu tal-qawwa riproduttiva tagħhom fit-tined taʼ Ħam.+
53 U baqaʼ jmexxihom fis-sigurtà, u ma ħassewhomx imkexkxin;+
U l-baħar għatta lill-għedewwa tagħhom.+
55 U minħabba fihom keċċa lill-ġnus bil-mod il-mod,+
U qassmilhom il-wirt bil-ħabel tal-kejl,+
U ra li t-tribujiet taʼ Israel jgħammru fi djarhom stess.+
56 U huma bdew jgħaddu minn prova lil Alla l-Iktar Għoli u jirribellaw kontrih,+
U t-tfakkiriet tiegħu ma żammewhomx.+
57 Kemm-il darba reġaʼ darilhom u aġixxew bi tradiment bħal missirijiethom;+
Kienu mgħawġin bħal qaws merħi.+
58 U baqgħu joffenduh bil-postijiet tagħhom għall-qima,*+
U bix-xbihat minquxin tagħhom baqgħu jqanqluh għall-għira.*+
63 Lill-ġuvintur tiegħu belagħhom in-nar,
U x-xebbiet tiegħu ma ġewx imfaħħrin f’għanjiet taż-żwieġ.+
65 Imbagħad Ġeħova beda jistenbaħ bħallikieku mill-irqad,+
Bħal wieħed setgħan li qed jiġi f’sensih mill-inbid.+