Levitiku
22 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Kellem lil Aron u lil uliedu, sabiex iżommu ruħhom ’il bogħod milli jużaw ħażin l-affarijiet imqaddsin taʼ wlied Israel u ma jkasbrux l-isem qaddis+ tiegħi fl-affarijiet li qed iqaddsuli.+ Jien Ġeħova. 3 Għidilhom, ‘Matul il-ġenerazzjonijiet tagħkom kwalunkwe raġel minn nisilkom kollu li jersaq lejn l-affarijiet imqaddsin, li wlied Israel se jqaddsu għal Ġeħova, waqt li jkollu fuqu n-nuqqas taʼ ndafa,+ dan il-bniedem* irid jiġi maqtugħ minn quddiemi. Jien Ġeħova. 4 Ebda raġel, minn nisel Aron, meta jkun imġiddem+ jew ikollu tisfija kontinwa+ ma jistaʼ jiekol mill-affarijiet imqaddsin sakemm jindaf,+ lanqas min imiss lil xi ħadd mhux nadif billi jmiss ruħ mejta+ jew raġel li minnu joħroġ xi tixrid taʼ l-isperma,+ 5 lanqas raġel li jmiss xi ħlejqa li tgħix fi qtajjaʼ u li mhix nadifa għalih+ jew imiss bniedem li mhux nadif għalih, ikun xi jkun in-nuqqas taʼ ndafa tiegħu.+ 6 Min* imiss xi wieħed minn dawn ma jkunx nadif sa fil-għaxija u ma jistaʼ jiekol ebda waħda mill-affarijiet imqaddsin, imma jrid jinħasel fl-ilma.+ 7 Meta tkun niżlet ix-xemx, ikun nadif, u wara jkun jistaʼ jiekol ftit mill-affarijiet imqaddsin, għaliex dan ikun ħobżu.+ 8 Ukoll, m’għandux jiekol xi ġisem li jkun diġà mejjet jew xi ħaġa mqattgħa mill-bhejjem salvaġġi, u b’hekk isir mhux nadif b’dan.+ Jien Ġeħova.
9 “‘U jridu jħarsu l-obbligu li għandhom lejja, sabiex ma jitgħabbewx bid-dnub minħabba fih u jkollhom imutu+ talli ma ħarsuhx għax kienu qed ikasbruh. Jien Ġeħova li qed inqaddishom.
10 “‘U assolutament ebda individwu mhux awtorizzat* ma jistaʼ jiekol xi ħaġa qaddisa.+ La immigrant li joqgħod maʼ qassis u lanqas ħaddiem mikri ma jistaʼ jiekol xi ħaġa qaddisa. 11 Imma jekk qassis jixtri lil xi ħadd,* li jkun xtara bi flusu, hu, fil-fatt, jistaʼ jiekol minnha. U l-ilsiera mweldin f’daru, fil-fatt, jistgħu jieklu minn ħobżu.+ 12 U jekk bint qassis issir mart xi raġel li jkun stranġier, fil-fatt, hi ma tistax tiekol mill-affarijiet tal-kontribuzzjoni mqaddsa. 13 Imma jekk bint qassis tormol jew tiddivorzja u ma jkollhiex tfal, u jkollha tmur lura lejn dar missierha bħal f’żgħożitha,+ tkun tistaʼ tiekol ftit mill-ħobż taʼ missierha;+ imma assolutament ebda individwu mhux awtorizzat ma jistaʼ jiekol minnu.
14 “‘Issa jekk raġel jiekol bi żball xi ħaġa qaddisa,+ ikollu jpattiha lura u jżid magħha wieħed minn ħamsa+ tal-valur tal-ħaġa qaddisa u jagħtiha lill-qassis. 15 Għalhekk, m’għandhomx ikasbru l-affarijiet imqaddsin taʼ wlied Israel, li dawn jagħtu bħala kontribuzzjoni lil Ġeħova,+ 16 u, fil-fatt, jgħabbuhom bil-kastig tal-ħtija talli kielu l-affarijiet imqaddsin tagħhom; għax jien Ġeħova li qed inqaddishom.’”
17 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 18 “Kellem lil Aron u lil uliedu u lill-ulied kollha taʼ Israel, u għidilhom, ‘Inkwantu għal xi raġel minn dar Israel jew xi resident barrani f’Israel li jippreżenta l-offerta tiegħu,+ għal xi waħda mill-wegħdi+ tagħhom jew għal xi waħda mill-offerti volontarji+ tagħhom, li jippreżentaw lil Ġeħova bħala offerta tal-ħruq, 19 biex din tikseb l-approvazzjoni+ għalikom trid tkun bla difett,+ raġel minn fost il-merħla, minn fost l-imtaten żgħar jew minn fost il-mogħoż. 20 Tippreżentawx xi ħaġa li jkun fiha difett,+ għaliex din ma tgħinkomx biex tiksbu l-approvazzjoni għalikom.
21 “‘U jekk raġel jippreżenta sagrifiċċju taʼ sħubija+ lil Ġeħova sabiex irodd wegħda+ li jkun għamel jew bħala offerta volontarja, l-annimal għandu jkun bla difett minn fost il-merħla tal-baqar jew tan-nagħaġ, sabiex jikseb l-approvazzjoni. M’għandu jkun fih assolutament ebda difett. 22 M’għandux ikun agħma jew ikollu xi ksur jew qtugħ jew xi felula jew mard tal-ġilda jew xi ħżieża,+ ebda wieħed minn dawn m’għandkom tippreżentaw lil Ġeħova, u ebda offerta magħmula bin-nar+ minnhom m’għandkom tpoġġu fuq l-artal għal Ġeħova. 23 Inkwantu għal barri jew nagħġa li jkollha parti minn ġisimha twila wisq jew qasira wisq,+ tistaʼ tagħmilha bħala offerta volontarja; imma bħala wegħda ma tiġix aċċettata b’approvazzjoni. 24 Imma annimal li jkollu t-testikoli+ mgħattnin jew misħuqin jew maqlugħin jew maqtugħin m’għandkomx tippreżentawh lil Ġeħova, u m’għandkomx toffruh f’artkom. 25 U kwalunkwe annimal minn dawn kollha minn id xi barrani m’għandkomx tippreżentawh bħala l-ħobż t’Alla tagħkom, għaliex it-taħsir tagħhom qiegħed fihom. Hemm difett fihom.+ Ma jiġux aċċettati b’approvazzjoni+ għalikom.’”
26 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 27 “Jekk jitwieled għoġol, ħaruf, jew gidi, irid jibqaʼ sebat ijiem m’ommu,+ imma mit-tmien jum ’il quddiem jiġi aċċettat b’approvazzjoni bħala offerta, offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova. 28 Inkwantu għal xi baqra jew nagħġa, toqtlux lilha u l-ferħ tagħha f’jum wieħed.+
29 “U jekk toffru sagrifiċċju taʼ radd il-ħajr lil Ġeħova,+ għandkom toffruh biex tiksbu l-approvazzjoni għalikom. 30 Dakinhar għandu jittiekel.+ Tħallu xejn minnu sa fil-għodu.+ Jien Ġeħova.
31 “U ħarsu l-kmandamenti tiegħi u agħmluhom.+ Jien Ġeħova. 32 U tkasbrux l-isem qaddis tiegħi,+ u rrid nitqaddes f’nofs ulied Israel.+ Jien Ġeħova li qed inqaddiskom,+ 33 il-Wieħed li ħariġkom mill-art taʼ l-Eġittu biex nurikom li jien Alla.+ Jien Ġeħova.”