Eżodu
4 Madankollu, Mosè wieġeb u qal: “Imma suppost li ma jemmnunix u ma jisimgħux minn kliemi,+ għaliex jgħiduli, ‘Ġeħova ma deherlekx.’” 2 Imbagħad Ġeħova qallu: “X’għandek f’idek?” u hu wieġbu: “Ħatar.”+ 3 Imbagħad qallu: “Ixħtu fl-art.” Għalhekk, xeħtu fl-art, u l-ħatar sar serp;+ u Mosè ħarab minnu. 4 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Midd idek u aqbdu minn denbu.” Għalhekk, medd idu u qabdu, u sar ħatar fil-pala taʼ idu. 5 U kompla jgħidlu, “Sabiex huma jemmnu li deherlek Ġeħova,+ l-Alla taʼ missirijiethom,+ l-Alla t’Abraham,+ l-Alla taʼ Iżakk,+ u l-Alla taʼ Ġakobb.”+
6 Imbagħad Ġeħova qallu għal darb’oħra: “Daħħal idek, jekk jogħġbok, f’ħobbok.” Għalhekk, daħħal idu f’ħobbu. Meta ħariġha, ara, idu kienet milquta mill-ġdiem u saret lewn il-borra!+ 7 Imbagħad qallu: “Daħħal idek lura f’ħobbok.” Għalhekk, daħħal idu lura f’ħobbu. Meta ħariġha minn ħobbu, ara, reġgħet saret bħall-bqija taʼ ġismu!+ 8 U kompla jgħidlu, “U jrid iseħħ li, jekk ma jemmnukx u ma jisimgħux mix-xiehda taʼ l-ewwel sinjal, allura jemmnu x-xiehda tat-tieni sinjal.+ 9 Xorta waħda, irid iseħħ li, jekk ma jemmnux saħansitra dawn iż-żewġ sinjali u ma jisimgħux minn kliemek,+ allura jkollok tieħu ftit ilma mix-Xmara Nil u tferrgħu fuq l-art niexfa; u l-ilma li tieħu mix-Xmara Nil isir, iva, tabilħaqq li jsir demm fuq l-art niexfa.”+
10 Mosè issa qal lil Ġeħova: “Skużani, Ġeħova, imma jien m’iniex kelliemi tajjeb, la mill-bieraħ, la minn qabel il-bieraħ, u lanqas minn meta int tkellimt mal-qaddej tiegħek, għax jien fommi tqil u lsieni tqil.”+ 11 Ġeħova wieġbu: “Min għamel fomm il-bniedem jew min jagħmel* li xi ħadd ikun mutu jew trux jew jara ċar jew agħma? Mhux jien, Ġeħova?+ 12 Mela issa mur, u jien inkun maʼ fommok u ngħallmek dak li għandek tgħid.”+ 13 Imma hu qallu: “Skużani, Ġeħova, imma ibgħat lil xi ħadd ieħor, jekk jogħġbok, lil min trid int.” 14 Imbagħad ir-rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Mosè u qallu: “Aron il-Levita m’huwiex ħuk?+ Naf li tassew jaf jitkellem. U, ara, ħiereġ biex jiltaqaʼ miegħek. Meta jarak, żgur li qalbu tithenna.+ 15 U int trid tkellmu u tqegħedlu l-kliem f’fommu;+ u jien inkun maʼ fommok u fommu,+ u ngħallimkom x’għandkom tagħmlu.+ 16 U jrid ikellem lin-nies għalik; u jrid iseħħ li hu jkun bħala fomm għalik,+ u int tkun bħala Alla għalih.+ 17 U dan il-ħatar trid tieħdu f’idek biex bih twettaq is-sinjali.”+
18 Għaldaqstant, Mosè telaq u mar lura għand il-kunjatu tiegħu Ġetro u qallu:+ “Jekk jogħġbok, irrid immur u nerġaʼ lura għand ħuti li qegħdin l-Eġittu sabiex nara jekk għadhomx ħajjin.”+ Għalhekk, Ġetro qal lil Mosè: “Mur bis-sliem.”+ 19 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè f’Midjan: “Mur, erġaʼ lura lejn l-Eġittu, għax l-irġiel kollha li kienu qed jipprovaw joqtluk* mietu.”+
20 Imbagħad Mosè ħa lil martu u lil uliedu u rikkibhom fuq ħmar, u mar lura lejn l-art taʼ l-Eġittu. Iktar minn hekk, Mosè ħa f’idu l-ħatar taʼ l-Alla l-veru.+ 21 U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Wara li titlaq u tmur lura l-Eġittu qis li twettaq quddiem il-Fargħun il-mirakli kollha li fdajt f’idek.+ U jien inħallih iwebbes qalbu;+ u lin-nies ma jibgħathomx.+ 22 U trid tgħid lill-Fargħun, ‘Hekk qal Ġeħova: “Israel hu ibni, l-ewwel imwieled tiegħi.+ 23 U jien ngħidlek: Ibgħat lil ibni sabiex jaqdi lili. Imma jekk tirrifjuta li tibagħtu, ara, noqtollok lil ibnek, l-ewwel imwieled tiegħek.”’”+
24 Issa ġara li, fi triqtu, fil-post fejn waqaf għal-lejl,+ Ġeħova ltaqaʼ miegħu+ u baqaʼ jfittex mod kif joqtlu.+ 25 Fl-aħħar, Sefora+ ħadet biċċa żnied u biha qatgħet il-prepuzju taʼ binha+ u messitu maʼ saqajh u qalet: “Għaliex int għarus id-demm għalija.” 26 Għaldaqstant ħallieh imur. Dak il-ħin qalet: “Għarus id-demm,” minħabba ċ-ċirkonċiżjoni.
27 Imbagħad Ġeħova qal lil Aron: “Mur iltaqaʼ maʼ Mosè fix-xagħri.”+ U hu mar u ltaqaʼ miegħu fuq il-muntanja taʼ l-Alla l-veru+ u biesu. 28 U Mosè qal lil Aron il-kliem kollu taʼ Ġeħova, li kien bagħtu,+ u s-sinjali kollha li kien ikkmandah jagħmel.+ 29 Imbagħad Mosè u Aron telqu u ġabru lix-xjuħ kollha taʼ wlied Israel.+ 30 U Aron lissen il-kliem kollu li Ġeħova kien qal lil Mosè,+ u wettaq is-sinjali+ quddiem għajnejn il-poplu. 31 U n-nies emmnu.+ Meta semgħu li Ġeħova kien dawwar l-attenzjoni tiegħu+ lejn ulied Israel u li hu kien ra s-sofferenza tagħhom,+ imbagħad mielu u nxteħtu fl-art.+