Ġob
6 U Ġob wieġeb u qal:
2 “O li kieku d-diqa tiegħi+ tintiżen għalkollox,
U li fl-istess ħin l-għawġ tiegħi jpoġġuh fuq il-miżien!
3 Għax issa hu itqal saħansitra mir-ramel taʼ l-ibħra.
Huwa għalhekk li kliemi kien diskors bla ħsieb.+
4 Għax il-vleġeġ taʼ Dak li Jistaʼ Kollox huma fija,+
U l-ispirtu tiegħi qed jixrob il-velenu tagħhom;+
It-twerwir mingħand Alla jinġemaʼ kontrija.+
5 Se tgħajjat żebra+ meta jkollha l-ħaxix quddiemha,
Jew jgħajjat barri meta l-għalf ikun quddiemu?
6 Tistaʼ xi ħaġa bla togħma tittiekel bla melħ,
Jew hemm xi togħma fil-meraq tal-pjanta tal-ħobbejż?
7 Ruħi ma trid tmiss xejn minn dawn.
Huma bħal ikel li jagħmilli d-deni.
8 O li kieku tinstemaʼ t-talba tiegħi
U li Alla jwettaq it-tama tiegħi!
10 Xorta waħda dan ikun il-faraġ tiegħi;
U naqbeż bil-ferħ+ fl-uġigħ kbir tiegħi,
Għalkemm hu ma jkollu ebda mogħdrija, għax jien ma ħbejtx dak li jgħid+ il-Qaddis.+
11 X’inhi l-qawwa tiegħi, biex nibqaʼ nistenna?+
X’inhu t-tmiem tiegħi, biex nibqaʼ ntawwal ħajti?*
12 Jaqaw il-qawwa tiegħi l-qawwa tal-ġebel?
Jew laħmi huwa tar-ram aħmar?
13 M’hemmx abbiltà fija li ngħin ruħi,
U ma nistax jien naħdem b’mod effettiv?
14 Kulmin ma jurix qalb tajba bl-imħabba maʼ sieħbu,+
Iwarrab saħansitra l-biżaʼ taʼ Dak li Jistaʼ Kollox.+
15 Ħuti stess aġixxew bi tradiment,+ bħal wied fix-xitwa,
Bħal kanal tal-widien fix-xitwa li mbagħad jgħibu.
16 Dawn huma mdardrin minħabba s-silġ,
Fihom tinħeba l-borra.
17 Meta jasal iż-żmien jiżvojtaw mill-ilma,+ ma jkunx hemm ħosshom;
Meta tibda s-sħana jinxfu minn posthom.+
18 Il-passaġġi taʼ triqithom jiġu mdawrin;
Jitilgħu fid-deżert u jgħibu.
22 Jaqaw għedtilkom, ‘Agħtuni xi ħaġa,
Jew minn ġidkom agħtu rigal għan-nom tiegħi;
23 Jew eħilsuni minn id xi avversarju,+
Jew ifduni minn id it-tiranni’?+
26 Huwa biex iċċanfru kliemi li qed tippjanaw,
29 Erġgħu aħsbuha, jekk jogħġobkom—ħa ma ssir ebda inġustizzja—
Iva, erġgħu aħsbuha—il-ġustizzja tiegħi għadha hemm.+
30 Jaqaw hemm xi inġustizzja fi lsieni,
Jew m’għandix ħila nagħraf l-għawġ tiegħi?