1 Tessalonikin
2 Żgur li intom stess tafu, aħwa, li ż-żjara tagħna+ għandkom ma kinitx bla frott,+ 2 imma wara li sofrejna+ u konna mżebilħin+ f’Filippi,+ bħalma tafu, għamilna l-qalb permezz t’Alla tagħna biex ngħidulkom+ l-aħbar tajba t’Alla b’taħbit kbir. 3 Għax it-twiddiba li nagħtukom mhix ġejja minn xi żball jew xi nuqqas taʼ ndafa+ jew mogħtija bil-qerq, 4 imma, bħalma ġejna misjubin xierqa minn Alla biex niġu fdati+ bl-aħbar tajba, hekk nitkellmu, mhux biex nogħġbu+ lill-bnedmin imma lil Alla, li jgħarbel lil qlubna.+
5 Fil-fatt, bħalma tafu, qatt ma ġejna bi kliem melliesi+ jew bi skuża+ għar-regħba,*+ hemm Alla xhud! 6 Lanqas ma fittixna l-glorja mingħand il-bnedmin,+ le, la mingħandkom u lanqas mingħand oħrajn, għalkemm stajna nkunu taʼ piż finanzjarju+ bħala appostli taʼ Kristu. 7 Għall-kuntrarju, ġibna ruħna b’mod ġentili fostkom, bħal kif omm li treddaʼ tgħożż+ lil uliedha. 8 Għalhekk, peress li għandna affezzjoni tenera lejkom,+ konna kuntenti ħafna li mhux biss nagħtukom l-aħbar tajba t’Alla, imma wkoll ruħna stess,+ għax sirtu għeżież+ għalina.
9 Aħwa, intom żgur li żżommu f’moħħkom it-taħbit u t-tbatija tagħna. Ħdimna+ lejl u nhar, biex ma nkunux taʼ piż finanzjarju għal xi ħadd minnkom,+ waqt li ppridkajnielkom l-aħbar tajba t’Alla. 10 Intom xhieda, bħalma hu Alla, taʼ kemm urejna li aħna leali u ġusti u bla ħtija+ magħkom li temmnu. 11 Fi qbil maʼ dan, intom tafu tajjeb li, bħalma jagħmel missier+ maʼ wliedu, aħna bqajna nwiddbu+ lil kull wieħed minnkom, u nfarrġukom u nħeġġukom, 12 bl-għan li tibqgħu mexjin+ kif jixraq quddiem Alla li qed isejħilkom+ għas-saltna+ u l-glorja tiegħu.
13 Tabilħaqq, huwa għalhekk ukoll li rroddu ħajr lil Alla bla heda,+ għax meta rċivejtu l-kelma t’Alla,+ li smajtu mingħandna, ma lqajtuhiex bħala l-kelma tal-bnedmin,+ imma bħalma hi tassew, bħala l-kelma t’Alla, li qed taħdem ukoll fikom li temmnu.+ 14 Għax aħwa, intom imitajtu lill-kongregazzjonijiet t’Alla li hemm fil-Lhudija f’unjoni maʼ Kristu Ġesù, għax intom ukoll bdejtu ssofru+ min-nies taʼ pajjiżkom l-istess affarijiet li qed isofru huma mil-Lhud, 15 li qatlu saħansitra lill-Mulej Ġesù+ u lill-profeti+ u ppersegwitaw lilna.+ Iktar minn hekk, mhux qed jogħġbu lil Alla, imma huma kontra l-interessi tal-bnedmin kollha, 16 għax jipprovaw ifixkluna+ milli nkellmu lin-nies tal-ġnus biex dawn ikunu jistgħu jiġu salvati,+ u b’hekk dejjem jimlew il-kejl+ taʼ dnubiethom. Imma l-korla tiegħu sa fl-aħħar ġiet fuqhom.+
17 Min-naħa tagħna, aħwa, meta għal żmien qasir konna mifrudin minnkom, fil-persuna, mhux fil-qalb, stinkajna ferm iktar mis-soltu b’xewqa kbira biex naraw wiċċkom.+ 18 Għal din ir-raġuni ridna niġu għandkom, iva, jien Pawlu, għal darba darbtejn, imma Satana għalqilna t-triq. 19 Għax x’inhi t-tama jew il-ferħ jew il-kuruna+ taʼ l-hena tagħna—ara, mhux fil-fatt intom?—quddiem il-Mulej tagħna Ġesù fil-preżenza tiegħu?+ 20 Żgur li intom il-glorja u l-ferħ tagħna.