Ġożwè
9 U ġara li malli semgħu b’dan, is-slaten kollha+ li kienu fuq in-naħa tal-Ġordan fir-reġjun muntanjuż u fis-Sefela u tul il-kosta kollha tal-Baħar il-Kbir+ u quddiem il-Libanu+—il-Ħittin+ u l-Amurrin, il-Kangħanin,+ il-Pereżin,+ il-Ħiwwin u l-Ġebusin+— 2 bdew jinġemgħu lkoll flimkien b’fehma waħda+ biex jagħmlu gwerra kontra Ġożwè u Israel.
3 U l-abitanti taʼ Gibegħon+ semgħu b’dak li Ġożwè kien għamel lil Ġeriko+ u Għaj.+ 4 Għalhekk dawn, minn jeddhom, aġixxew bil-prudenza+ u marru u ħadu provvisti għalihom u xkejjer qodma għall-ħmir tagħhom, u fliexken tal-ġild taʼ l-inbid li kienu qodma, mifqugħin u marbutin,+ 5 u sandlijiet qodma u mraqqgħin f’saqajhom, u lbiesi qodma fuqhom, u l-ħobż kollu tal-provvisti tagħhom kien niexef u mfarrak. 6 Imbagħad marru għand Ġożwè fil-kamp f’Gilgal+ u qalu lilu u lill-irġiel taʼ Israel: “Aħna ġejna minn pajjiż imbiegħed. U issa agħmlu patt+ magħna.” 7 Għal dan, l-irġiel taʼ Israel qalu lill-Ħiwwin:+ “Forsi tgħammru viċin tagħna. Allura, kif nistgħu nagħmlu patt magħkom?”+ 8 U huma qalu lil Ġożwè: “Aħna qaddejja tiegħek.”+
Imbagħad Ġożwè qalilhom: “Min intom, u minfejn ġejjin?” 9 Għal dan, huma qalulu: “Il-qaddejja tiegħek ġew minn pajjiż imbiegħed+ ħafna minħabba isem+ Ġeħova Alla tiegħek, għax smajna bil-fama tiegħu u b’kulma għamel fl-Eġittu,+ 10 u b’kulma għamel liż-żewġ slaten taʼ l-Amurrin li kienu fuq in-naħa l-oħra tal-Ġordan, jiġifieri, lil Siħon+ is-sultan taʼ Ħesbon u lil Għog+ is-sultan taʼ Basan, li kien f’Għastarot.+ 11 Għalhekk, ix-xjuħ tagħna u l-abitanti kollha taʼ pajjiżna qalulna,+ ‘Ħudu l-provvisti f’idejkom għall-vjaġġ u morru ltaqgħu magħhom, u għidulhom: “Aħna l-qaddejja tagħkom.+ U issa agħmlu patt magħna.”’+ 12 Dan il-ħobż tagħna kien sħun meta ħadnieh għall-provvisti tagħna minn ġo djarna dakinhar li ħriġna biex niġu għandkom hawnhekk, u issa, ara, nixef u tfarrak.+ 13 U dawn huma l-fliexken tal-ġild taʼ l-inbid li mlejniehom ġodda, u, ara, infaqgħu,+ u dawn l-ilbiesi u s-sandlijiet tagħna qdiemu tant kemm kien twil il-vjaġġ.”
14 Għaldaqstant, l-irġiel qabdu ftit mill-provvisti tagħhom, u ma stħarrġux+ x’jgħid fomm Ġeħova. 15 U Ġożwè għamel paċi magħhom+ u għamel patt magħhom biex iħallihom jgħixu, u għalhekk il-kapijiet ewlenin+ tal-ġemgħa ħalfulhom.+
16 U ġara li wara tlett ijiem, wara li kienu għamlu patt magħhom, semgħu li kienu joqogħdu qribhom u li kienu jgħammru viċin. 17 Imbagħad ulied Israel telqu u waslu fi bliethom fit-tielet jum, u bliethom kienu Gibegħon+ u Kefira+ u Birot+ u Kirjat-ġegħarim.+ 18 U wlied Israel ma ħabtux għalihom, għax il-kapijiet ewlenin tal-ġemgħa kienu ħalfulhom+ b’Ġeħova, l-Alla taʼ Israel.+ U l-ġemgħa kollha bdiet tgerger kontra l-kapijiet ewlenin.+ 19 Għal dan, il-kapijiet ewlenin kollha qalu lill-assemblea: “Aħna, min-naħa tagħna, ħlifnielhom b’Ġeħova l-Alla taʼ Israel, u issa ma nistgħux nagħmlulhom ħsara.+ 20 Hekk se nagħmlu biex inħalluhom jgħixu u ma jiġi fuqna ebda għadab minħabba l-ħalfa li ħlifnielhom.”+ 21 Għalhekk, il-kapijiet ewlenin qalulhom: “Ħa jgħixu u jsiru wħud li jiġbru l-injam u jtellgħu l-ilma għall-ġemgħa kollha,+ sewwasew bħalma wegħduhom il-kapijiet ewlenin.”+
22 Imbagħad Ġożwè sejħilhom u kellimhom, u qal: “Għala qarraqtu bina, billi għedtu, ‘Aħna noqogħdu ’l bogħod ħafna minnkom,’+ filwaqt li tgħammru fostna stess?+ 23 U issa intom nies misħutin,+ u qatt ma se tieqfu tkunu lsiera+ u wħud li tiġbru l-injam u li ttellgħu l-ilma għad-dar t’Alla tiegħi.”+ 24 Imbagħad huma wieġbu lil Ġożwè u qalu: “Dan kien għax lill-qaddejja tiegħek intqalilhom b’mod ċar li Ġeħova Alla tiegħek kien ikkmanda lil Mosè l-qaddej tiegħu biex jagħtikom l-art kollha u li jinqerdu għalkollox l-abitanti kollha taʼ l-art minn quddiemkom,+ u bdejna nibżgħu ħafna għal ruħna minħabba fikom.+ Għalhekk għamilna dan.+ 25 U issa hawnhekk aħna, f’idejk. Agħmel bina skond dak li jidhirlek li hu tajjeb u sewwa f’għajnejk.”+ 26 U hekk għamlilhom u ħelishom minn id ulied Israel, u ma qatluhomx.+ 27 Għaldaqstant, Ġożwè għamilhom*+ f’dak il-jum bħala wħud li jiġbru l-injam u li jtellgħu l-ilma għall-ġemgħa+ u għall-artal taʼ Ġeħova, sal-ġurnata taʼ llum, fil-post li jagħżel hu.+