Salmi
89 Dwar l-espressjonijiet taʼ qalb tajba bl-imħabba taʼ Ġeħova se nibqaʼ nkanta għal dejjem.+
Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni se ngħarraf b’fommi l-fedeltà tiegħek.+
2 Għax jien għedt: “Il-qalb tajba bl-imħabba se tibqaʼ soda għal dejjem;+
Int iżżomm il-fedeltà tiegħek stabbilita fis-sod fis-smewwiet.”+
3 “Jien għamilt patt mal-magħżul tiegħi;+
Ħlift lil David il-qaddej tiegħi,+
4 ‘Nislek nistabbilih fis-sod għal dejjem,+
U nibni t-tron tiegħek+ minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.’” Sela.
5 Is-smewwiet se jfaħħru l-att meraviljuż tiegħek, O Ġeħova,+
Iva, il-fedeltà tiegħek fil-kongregazzjoni tal-qaddisin.
6 Għax min fis-smewwiet jistaʼ jitqabbel maʼ Ġeħova?+
Min jistaʼ jixbah lil Ġeħova fost ulied Alla?+
7 Alla għandu jiġi rispettat profondament mill-ġemgħa intima tal-qaddisin;+
Hu grandjuż u jqanqal il-biżaʼ fost dawk kollha taʼ madwaru.+
8 O Alla Ġeħova taʼ l-armati,+
Min għandu enerġija daqsek, O Jah?+
U l-fedeltà tiegħek int turiha f’kollox.+
14 Fuq is-sewwa u l-ġudizzju hu stabbilit it-tron tiegħek;+
Il-qalb tajba bl-imħabba u l-verità jidħlu quddiemek.+
15 Henjin in-nies li jafu x’inhu l-għajat ferrieħi.+
O Ġeħova, fid-dawl taʼ wiċċek jibqgħu mexjin.+
19 Dak iż-żmien int tkellimt f’viżjoni mal-leali tiegħek,+
U għedtilhom:
“Jien tajt l-għajnuna lil wieħed setgħan;+
Eżaltajt lil wieħed magħżul minn fost il-poplu.+
20 Sibt lil David il-qaddej tiegħi;+
Biż-żejt qaddis tiegħi dliktu,+
21 U idi se tkun miegħu u tkun soda,+
U driegħi se jsaħħu wkoll.+
22 Ebda għadu ma se jitlob bil-jedd xi ħaġa mingħandu,+
U ħadd minn ulied l-inġustizzja ma se jġiegħlu jsofri.+
23 Jien farrakt lill-avversarji tiegħu minn quddiemu,+
U bqajt insawwat lil dawk li tant jobogħduh.+
28 Il-qalb tajba bl-imħabba tiegħi lejh se nżommha għal dejjem,+
U l-patt tiegħi jibqaʼ fidil lejh.+
30 Jekk uliedu jitilqu l-liġi tiegħi+
U ma jimxux mad-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+
31 Jekk ikasbru l-istatuti tiegħi
U ma jħarsux il-kmandamenti tiegħi,
32 Jien ukoll nitlob kont minnhom għall-ksur tal-liġi tagħhom bil-ħatar+
U għall-iżball tagħhom bis-swat.+
33 Imma l-qalb tajba bl-imħabba tiegħi m’iniex se nwarrabha minnu,+
Lanqas ma se nikser il-fedeltà tiegħi.+
37 Bħall-qamar ikun stabbilit fis-sod għal dejjem,
U bħal xhud fidil fis-smewwiet.” Sela.
39 Int stmerrejt il-patt mal-qaddej tiegħek;
Kasbart id-dijadema tiegħu billi tfajtha maʼ l-art.+
49 Fejn huma l-atti taʼ qalb tajba bl-imħabba li għamilt qabel, O Ġeħova,
Li dwarhom ħlift lil David bil-fedeltà tiegħek?+