Filippin
1 Pawlu u Timotju, ilsiera+ taʼ Kristu Ġesù, lill-qaddisin kollha li hemm f’Filippi+ u li huma f’unjoni maʼ Kristu Ġesù, flimkien maʼ l-indokraturi u l-qaddejja ministerjali:+
2 Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu.+
3 Jien dejjem irrodd ħajr lil Alla tiegħi kulmeta niftakar fikom+ 4 u nitlob bil-ħerqa għalikom ilkoll,+ waqt li noffri t-talb tiegħi bil-ferħ, 5 minħabba l-kontribut+ li tajtu għall-aħbar tajba mill-ewwel jum s’issa. 6 Għax jien fiduċjuż dwar dan, li dak li beda xogħol tajjeb fikom se jtemmu+ sal-jum+ taʼ Ġesù Kristu. 7 Hu tassew xieraq li naħseb dan dwarkom ilkoll, minħabba li qegħdin ġo qalbi,+ għax ilkoll taqsmu+ miegħi mill-qalb tajba mhix mistħoqqa. Dan hu minnu kemm fl-irbit tiegħi fil-ħabs+ u kemm biex niddefendi+ u nistabbilixxi legalment+ l-aħbar tajba.
8 Għax Alla hu x-xhud tiegħi taʼ kemm għandi xenqa kbira għalikom ilkoll bl-affezzjoni tenera+ bħalma għandu Kristu Ġesù. 9 U dan inkompli nitlob, li mħabbitkom tikber u toktor+ dejjem iżjed b’għarfien eżatt+ u dixxerniment sħiħ;+ 10 sabiex tkunu tistgħu taċċertaw ruħkom minn dak li hu iktar importanti,+ u b’hekk tkunu bla difett+ u ma tfixklux+ lil oħrajn sal-jum taʼ Kristu, 11 u timtlew bi frott ġust,+ li hu permezz taʼ Ġesù Kristu, għall-glorja u t-tifħir t’Alla.+
12 Issa nixtieqkom tkunu tafu, ħuti, li dak li ġrali rriżulta fl-avanz taʼ l-aħbar tajba+ minflok il-kontra, 13 għax l-irbit tiegħi+ fi sħubija maʼ Kristu sar jaf bih kulħadd+ fost il-Gwardja Pretorjana u l-oħrajn kollha;+ 14 u l-biċċa l-kbira mill-aħwa fil-Mulej, billi jħossuhom fiduċjużi minħabba l-irbit tiegħi fil-ħabs, qed juru iktar u iktar kuraġġ biex jitkellmu l-kelma t’Alla bla biżaʼ.+
15 Veru, xi wħud qed jippridkaw il-Kristu b’għira u rivalità,+ imma oħrajn qed jippridkawh b’rieda tajba.+ 16 Dawn taʼ l-aħħar qed ixandru l-Kristu mqanqlin mill-imħabba, għax jafu li jien qiegħed hawn biex niddefendi+ l-aħbar tajba; 17 imma dawk taʼ l-ewwel jagħmlu dan bi spirtu taʼ ġlied,+ mhux b’motiv pur, għax għandhom f’moħħhom li jaqilgħuli t-tribulazzjoni+ fl-irbit tiegħi fil-ħabs. 18 B’daqshekk x’ġara? Xejn, ħlief li b’kull mod, sew jekk bi pretenzjoni+ u sew jekk b’verità, Kristu qed jixxandar,+ u b’dan jien nifraħ. Iva, u se nkompli nifraħ, 19 għax naf li dan se jwassal għas-salvazzjoni tiegħi permezz tat-talb bil-ħerqa tagħkom+ u taʼ l-ispirtu taʼ Ġesù Kristu li jingħatali.+ 20 Dan hu fi qbil maʼ l-istennija ħerqana+ u t-tama tiegħi+ li ma jkolli xejn minn xiex nistħi,+ imma bil-libertà kollha tal-kelma,+ Kristu, bħalma dejjem kien, hekk ukoll issa se jkun imfaħħar bil-kbir permezz taʼ ġismi,+ sew jekk ngħix u sew jekk immut.+
21 Għax fil-każ tiegħi li ngħix hu Kristu,+ u li mmut,+ gwadann. 22 Issa, jekk għandi nibqaʼ ngħix fil-laħam, dan ikun ifisser li jien nibqaʼ nagħmel il-frott f’xogħli+—iżda x’se nagħżel ma nurix. 23 Qed inħossni magħsur bejn dawn iż-żewġ affarijiet;+ imma dak li tassew nixtieq hu l-ħelsien u li nkun maʼ Kristu,+ għax dan żgur hu ferm aħjar.+ 24 Madankollu, għalija li nibqaʼ fil-laħam hu iktar neċessarju minħabba fikom.+ 25 Mela, billi jien fiduċjuż dwar dan, naf li se nibqaʼ+ u ngħammar magħkom ilkoll għall-avanz+ u għall-ferħ tal-fidi tagħkom, 26 sabiex tkunu tistgħu tifirħu ferm iktar fi Kristu Ġesù permezz tal-preżenza tiegħi magħkom.
27 Biss ġibu ruħkom kif jixraq+ lill-aħbar tajba dwar il-Kristu, sabiex, kemm jekk niġi narakom u kemm jekk ma niġix, inkun nistaʼ nismaʼ dwarkom li qed iżżommu sod fi spirtu wieħed, u li b’ruħ waħda+ qed tistinkaw spalla maʼ spalla għall-fidi taʼ l-aħbar tajba, 28 u bl-ebda mod ma tibżgħu minn dawk li jopponukom.+ Dan ikun turija taʼ qerda għalihom, imma taʼ salvazzjoni għalikom;+ u din l-indikazzjoni ġejja minn Alla, 29 għaliex lilkom ngħata l-privileġġ għan-nom taʼ Kristu, mhux biss biex tpoġġu l-fidi tagħkom+ fih, imma wkoll biex issofru+ għalih. 30 Għax intom għandkom l-istess taqbida bħalma rajtu fil-każ tiegħi+ u bħalma issa qed tisimgħu li jien għaddej minnha.+